Illum, għall-ħabta tas-0045hrs, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq l-Imġarr, ix-Xewkija, Għawdex. Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Starlet, misjuqa minn ġuvni ta’ 19-il sena residenti x-Xewkija, u Suzuki Swift, misjuqa minn raġel ta’ 23 sena residenti x-Xagħra. Konsegwenza tal-impatt, is-Suzuki ħabtet ukoll ma’ ħajt.
Fit-Toyota, kien hemm ukoll żagħżugħ ta’ 18-il sena residenti x-Xewkija.
Fuq il-post issejaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanzi ħadu t-tliet persuni l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura meħtieġa. Aktar tard, ir-raġel ta’ 23 sena ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament, il-ġuvni ta’ 19-il sena ġie ċċertifikat li weġġa’ ħafif, filwaqt li l-kundizzjoni tażżagħżugħ ta’ 18-il sena għadha pendenti.
Il-Maġistrat tal-Għassa Simone Grech ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>