Rowen Camilleri
ŻEBBUĠ R…………2
ĦAMRUN S……….1
(skor parzjali)
Żebbuġ R: J. Azzopardi, S. Bugeja, L. Almeida, T. Bartolo, W. R. Santos, A. Mizzi, S. Jankovic, C. Ngoy, G. Mifsud, J. Sciberras, S. Miloskovic
Ħamrun S: H. Bonello, E. Bruno, S. Borg, M. Guillaumier, L. Montebello, E. Mashike, R. Prsa, R. Callegari, J. Robert, E. Marcelina, R. Camenzuli
Skorjaw: S. Bugeja 3’, S. Jankovic 10’ (Ż), J. Robert 14’ (Ħ)
Referee: Ezekiel Barbara
Assistenti Referees: Roberto Vella u Kurt Saliba
Il-partita bejn Żebbuġ Rangers u Ħamrun Spartans se jkollha titkompla mis-46 minuta hekk kif ix-xita qawwija li niżlet fi tmiem l-ewwel taqsima għamlitha impossibli li titkompla. Sa tmiem l-ewwel taqsima Żebbuġ kienu qed jirbħu 2-1 meta wara għaxar minuti ħasdu lil-leaders Ħamrun b’żewġ gowls minn Shaun Bugeja u Stefan Jankovic rispettivament. Ħamrun reġgħu daħlu lura fil-partita fl-14-il minuta b’gowl minn Jonny Robert.
L-ewwel azzjoni denja ta’ nota waslet minn Żebbuġ wara biss żewġ minuti meta Jankovic għadda ballun lejn Ngoy li wara li avvanza prova xutt li Bonello kellu jdawwar f’korner. Żebbuġ fetħu l-iskor mill-istess azzjoni tal-korner meta l-ewwel id-difiża ta’ Ħamrun tajret l-ewwel kross bil-ballun jasal għand Stefan Jankovic li dendel ballun fil-kaxxa li sab lill-captain SHAUN BUGEJA li għola fuq kullħadd u bir-ras għeleb għal kollox lil Henry Bonello. Żebbuġ baqgħu ikkonċentrati u fl-10 minuta għamluhom tnejn. Kien STEFAN JANKOVIC li nkariga ruħu minn free-kick dirett li ma ta l-ebda ċans lil Bonello. Erba’ minuti wara Ħamrun daħlu lura fil-logħba meta minn kross ta’ Elvis kien JONNY ROBERT li bir-ras għeleb lil Azzopardi. Minn wara l-gowl Ħamrun ħadu l-logħba f’idejhom u fit-23 minuta minn korner ta’ Ederson Bruno kien Rodrigo Callegar li ra d-daqqa ta’ ras tiegħu tkun imdawra f’korner minn Azzopardi. Ħamrun baqgħu l-aħjar tim fil-ground u fl-40 minuta Jonny jgħaddi fil-kaxxa lejn Elvis li minn qagħda angolta prova xutt b’saħħtu bil-goalkeeper Żebbuġi jkollu jdawwar f’korner. Minkejja l-attakki kontinwi ta’ Ħamrun, l-ewwel taqsima tintemm b’Żebbuġ fil-vantaġġ bl-iskor ta’ 2-1.

Wara evalwazzjoni mir-referre Ezekiel Barbara u miż-żewġ captains Steve Borg u Shaun Bugeja kien deċiż li l-partita ma titkompliex hekk kif fil-mistrieħ ix-xita kienet nieżla bis-saħħa wisq u l-ground kien mgħerreq tant li l-ballun beda jeħel.
