Formula 1 Sport

Formula 1: George Russell jirbaħ il-Grand Prix fil-Brażil

(Ritratt: EPA)

Is-sewwieq Ingliż ta’ Mercedes George Russell rebaħ il-Sao Paulo Grand Prix fil-Brażil hekk kif irnexxielu jispiċċa qabel is-sewwieq l-ieħor ta’ Mercedes Lewis Hamilton. Russell temm it-tellieqa b’ħin ta’ 1:38:34:044 waqt li Hamilton temm it-tellieqa fit-tieni post b’distakk ta’ 1.529 sekondi. Carlos Sainz ta’ Ferrari spiċċa fit-tielet post u b’hekk is-sewwieq Spanjol huwa l-aħħar sewwieq li jsib postu fuq il-podium.

Charles Leclerc ta’ Ferrari u Fernando Alonso ta’ Alpine temmew fir-raba’ u ħames post rispettivament. Iċ-ċampjin tad-dinja Max Verstappen kellu tellieqa mhux tas-soltu hekk kif temm fis-sitt post fejn kien segwit minn sieħbu ta’ l-istess tim Sergio Perez. Fit-tmien u fid-disa’ post spiċċaw Esteban Ocon ta’ Alpine u Vatteri Bottas ta’ Alfa Romeo. Lance Stroll ta’ Aston Martin huwa l-aħħar sewwieq li jagħmel parti minn l-ewwel għaxra.

Lando Norris u Daniel Riccardo ta’ McLaren u Kevin Magnussen ta’ Haas kienu s-sewwieqa li ma temmewx it-tellieqa.