Internazzjonali

Imut ir-raġel Iranjan li għex f’ajruport għal 18-il sena

Imut ir-raġel Iranjan li qatta 18-il sena jgħix f’ajruport f’Pariġi. Mehran Karimi Nasseri twieled fl-1945 fl-Iran fejn l-ewwel darba li siefer kien propju biex ifittex lil ommu.

Hu kien ilu jgħix fl-Ajruport tar-Roissy Charles de Gaulle mis-sena 1988 fejn l-għażliet tiegħu nspiraw l-film popolari magħruf bħala ‘The Terminal’ li ħareġ fl-2004.

Eventwalment, Mehran Karimi Nasseri ngħata d-dritt li jgħix fi Franza iżda ftit tal-ġimgħat ilu mar jgħix lura fl-ajruport fejn miet mewta naturali. Huwa ngħata dan id-dritt fl-1999 iżda baqa’ jgħix fl-ajruport sal-2006 fejn kellu jittieħed l-isptar. Imbagħad qatta diversi snin jgħix f’appartamet bil-flus li daħħal mill-film.

Huwa qatt xi żmien jgħix fil-Belġju iżda kien imkeċċi mir-Renju Unit, l-Olanda u l-Ġermanja minħabba l-problemi fid-dokumenti tal-immigrazzjoni.