Sport

Malta Pool Association u Iain Gowans fi Sport Extra tal-lum il-Ħadd 13 ta’ Novembru

Fis-sitt programm Sport Extra li se jixxandar illum mill-5.15 pm ‘l quddiem fuq NetTelevision ,bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli fl-ewwel parti tal-programm enfażi dwar dak li wettqed il-Malta Pool Association fl-aħħar edizzjoni tal-Kampjonati tad-Dinja. Mistiedna Vincent Degiorgio Segretarju Ġenerali tal-Assocjazzjoni kif wkoll il-plejers Dejan Grech, li fil-kompetizzjoni kien magħżul bħala l-Aqwa Plejer fil-Kategorija Taħt il-25 sena kif wkoll Scott Muscat li sar Champion tad-Dinja fil-Kategorija ta’ Taħt il-25 sena.

Fi tmiem l-ewwel parti servizzi dwar il-judo u weightlifting.

Fit-tieni parti, siltiet mis-Seminar organizzat mill-Malta Paralympic Committee b’intervista ma’ wieħed mill-kelliema ewlenin Iain Gowans li apparti li huwa responsabbli mill-klassifikazzjoni ta’ atleti paralimpici tar-Renju Unit, kien ha seħem fil-finali tal-Logħob Paralimpiku tal-1996 f’Atlanta.

Muntaġġi tas-servizzi u assistenta tal-produzzjoni Samira Cachia Spiteri u filmati minn Bernie Dimech.