Futbol Sport

Serie A: Inter b’rebħa importanti fuq Atalanta

(Ritratt: EPA)

Fil-Gewiss Stadium

Atalanta v  Inter 2-3

Fl-ewwel partita tal-Ħadd, Atalanta affrontaw lil Inter fil-Gewiss Stadium. Inter komplew il-forma tajba tagħhom wara r-rebħa impressjonanti li kisbu l-ġimgħa l-oħra kontra Bologna bl-iskor ta’ 6-1. 

Kienu Atalanta li fetħu l-iskor wara 28 minuta meta Ademola Lookman għeleb lil Onana b’xutt b’saħħtu minn naħa tal-lemin. Inter ġabu d-draw għaxar minuti wara meta Edin Dzeko sammar ġewwa minn pass ta’ Lautaro Martinez.

Inter marru fil-vantaġġ fis-56 minuta meta l-istess Edin Dzeko sab ix-xibka minn kross tad-difensur laterali Dimarco. Inter irrdupjaw permezz ta’ autogoal mid-difensur Arġentin Jose Luis Palomino meta xeħet gol-lasta tiegħu stess wara li prova jimblokka xutt ta’ Lautaro Martinez.  Atalanta skurjaw gowl fis-77 minuta bit-tama li jiksbu d-draw, madankollu il-gowl ta’ Palomino minn korner ta’ Koopmeiners kien biss ta’ konsolazzjoni hekk kif il-partita spiċċat 2-3 favur Inter.

Fil- U-Power Stadium

Monza v Salernitana 3-0

Fil-U-Power Stadium Monza komplew il-mixja tagħhom sabiex jitbiegħdu mil-qiegħ tal-klassifika hekk kif għelbu lil Salernitana f’logħba totalment dominata mil Biancorossi.

Monza sabu x-xibka għall-ewwel darba fil-partita wara 24 minuta logħob meta d-difensur laterali Carlos Augusto għeleb lil Di Gregio minn pass ta’ Dany Mota. Fil-35 minuta kien Dany Mota li rrdoppja għal Monza meta kkapitalizza minn żball ta’ Daniliuc u ma kellu l-ebda diffikulta li jsib ix-xibka minn pass ta’ Carlos Augusto.

Fl-74 minuta tkeċċa Antiono Candreva wara li kkommetta foul fil-kaxxa fuq Dany Mata. Matteo Pessina inkariga ruħu u rnexxielu jixħet ġewwa minn ħdax il-metru l-bogħod.

Fil-Marcantonio Bentegodi

Hellas Verona v Spezia 1-2

Spezia ħarġu rebbieħa kontra Hellas Verona barra minn darhom hekk kif kisbu tlett punti importanti fil-ġlieda tar-relagazzjoni. B’dan ir-riżultat Verona jinsabu fil-qiegħ ta-klassifikka b’ħames punti hekk kif Spezia jinsabu fis-17 il-post b’tlettax il-punt.

Verona fetħu l-iskor wara 30 minuta logħob meta Simone Verdi għeleb lil Dragowski minn pass ta’ Kevin Lasagna.

Spezia kisbu d-draw fit-53 minuta meta Mbala Nzola għeleb lil Montipo b’xutt angolat mix-xellug. Verona marru fil-vantaġġ meta l-istess Mbala Nzola skurja minn kross ta’ Bourabia.

Fl-Istadio Olimpico

Roma v Torino 1-1

Roma rebħu hekk kif kienu jinsabu minn taħt wara 55 minuta logħob meta Karol Linetty fetaħ l-iskor permezz ta’ daqqa ta’ ras minn kross ta’ Singo. Fid-89 minuta tkeċċa l-kowċ ta’ Roma Jose Mourinho wara li pprotesta d-deċiżjoni tar-referee Antonio Rapuano. Roma kisbu d-draw ftit sekondi qabel is-suffara ta’ l-aħħar meta Nemanja Matic  kien fil-post it-tajjeb u xeħet ġol-lasta wara konklużjoni ta’ Dybala li ħabtet mal-minduda