F’Allianz Stadium
Juventus v Lazio 3-0
Tkompli s-serje pożittiva ta’ Juventus bid-disa’ rebħa sabiex fi tmiem il-15 il-ġurnata tal-Kampjonat, b’31 punt telgħu fit-tielet post fil-klassifika u fl-istess waqt qabżu b’punt lil Lazio u Inter. Minkejja li matul l-ewwel taqsima Lazio kellhom aktar pussess, fit-43 minuta, Juventus marru fil-vantaġġ. Minn azzjon ta’ Adrien Rabiot kien Moise Kean li għeleb lil Ivan Provedel . 1 – 0 fi tmiem l-ewwel taqsima. L-andament matul it-tieni taqsima baqa’ l-istess b’Juventus aktar fuq l-offensiva fejn irduppjaw fl-54 minuta mill-ġdid permezz ta’ Moise Kean sabiex fin-nuqqas ta’ reazzjoni minn Lazio fid-90 minuta l-iskor sar 3 – 0. Minn azzjoni ta’ Federico Chiesa kien Arkadisuz Milik li għeleb mill-ġdid lil Ivan Provedel.
Milan jirbħu b’gowl fil-ħin miżjud
Fi Stadio San Siro
Milan v Fiorentina 2-1
Gowl fl-ewwel minuta ta’ ħin miżjud kien biżżejjed għal Milan biex jiksbu l-għaxar rebħa tal-Kampjonat u jitilgħu fit-tieni post bi 33 punt filwaqt li Fiorentina baqgħu fl-għaxar post b’19 il-punt daqs Bologna.
Wara biss żewġ minuti mill-ftuħ tal-partita, minn azzjoni ta’ Olivier Giroud kien Rafael Leao li għeleb lil Pietro Terracciano biex poġġa lil Milan fil-vantaġġ.
Minkejja żvantaġġ kmieni, Fiorentina wettqu reazzjoni tant li fit-28 minuta kisbu l-gowl tad-draw permezz ta’ Antonin Barak li minn azzjoni ta’ Jonathan Kone għeleb lil Ciprian Tatarusanu 1 – 1 . Fil-91 minuta auto gowl ta’ Nikola Milenkovic ikkonvalidat bil-VAR kien biżżejjed għal Milan biex b’xi mod iżommu l-pass ma’ Napoli minkejja distakk ta’ tmien punti.
Il-logħbiet l-oħra temmew hekk:
Roma v Torino 1-1
Monza v Salernitana 3-0
Hellas Verona v Spezia 1-2
Atalanta v Inter 2-3
//= $special ?>