Lokali

Sfida ta’ adrenalina għal kawża ġusta

Għall-ħdax-il sena konsekuttiva Missio Malta u l-Mosta Scout Group ħejjew attivita’ ta’ abseiling u ziplining b’kollaborazzjoni sabiex jinġabru fondi għall-Missjonijiet Maltin fl-Etjopja.

Din l-attivita bdiet matul il-ġurnata tas-Sibt u titkompla l-Ħadd fuq il-Pont tal-Mosta.

Il-Group Scout Leader tal-Mosta Sean Bartolo tkellem aktar dwar din l-attivita’ li żgur toħloq element ta’ adrenalina Huwa qa li għal din l-attivita’ ġew mħarrġa 60 voluntiera għas-sigurta’ tal-parteċipanti. Barra minn hekk, in-nies li qed jieħdu sehem se jkunu qed jgħinu kawża ġusta.

Minn naħa tiegħu, l-Kap tal-Komunikazzjonui u Ġbir ta’ Fondi ta’ Missio Malta Robert Farrugia qal li uħud minn dawn l-fondi se jintużaw sabiex tkompli tinbena skola fl-Etjopja kif ukoll proġett ġdid ta’ skola ta’ taħriġ għan-nisa.

Barra minn hekk il-kumplament tal-fondi li se jinġabru waqt din l-attività ser imorru għall-iżvilupp ta’ Vocational Training Centre f’Meki kif ukoll Razzett tal-Mogħoż f’Emdibir, l-Etjopja, fost proġetti oħra.