Marsaxlokk……1
Sirens…………..2
Marsaxlokk: M.Drodnjak, A.Attard, K.Keqi, W.O.Serrano,P.Xuereb, L.Aguirre, O.Carniello, L.Aguirre, S.F.Moracci , D.Vukovic ( E,Vella 46’), D.Aguis ( W.Valentin 17’)
Sirens: M.Grech, G.Camilleri, M.Perreira, K.Sano, R.Tachikawa,W.Jacob ,A.Cini, V.P.Bento De Vale,I.V.Kolev( M.Maggi 92’), G.V.Fernandes ( W.Da Silva Soares 46’), D.Jackson( S.Sessegnon 73’)
Skorjaw : Vyctor Bento De Vale 62′, Rei Tachikawa 74′ (S), Oscar Carniello 84′ (M)
Referee: Darryl Agius
BOV Pleyer tal-partita: Vyctor Bento De Vale (Sirens)
Sirens kisbu t-tieni rebħa tal-istaġun meta fl-aħħar partita mill-11-il ġurnata tal-Kampjonat BOV Premeir għelbu lil Marsaxlokk 2-1 f’partita li setgħet marret kull naħa.
Qabel beda l-konfront Marsaxlokk preżentaw flokk komemorattiv lil Peter Xuereb li lagħb 100 partita fil-Kampjonat Premier
L-ewwel azzjoni waslet minn Marsaxlokk fit-12-il minuta metal-ewwel kien Dejan Vukovic li ra x-xutt tiegħu imblukkat bil-ballun jiġi għand Aguirre li x-xutt tiegħu mar barra.
Fit-22 minuta De Vale minn free-kick tefa’ ballun fil-kaxxa bil-ballun jasal għand Gabriel Fernandes bix-xutt tiegħu imur barra.
Fit-tieni taqsima l-ewwel ma’ maru viċin kienu Marsaxlokk meta Santiago Moracci tefa’ kross li sab lil Valentin bix-utt tiegħu ikun imblukkat mid-difiża u f’tentattiv ieħor bir-ras Ayrton Attard tefa’ barra.
Sirens fetħu l-iskor fit-62 minuta meta kien kross ta’ Jackson li sab lil VYCTOR BENTO DE VALE li għeleb lil Drobnjak b’xutt b’saħħtu.
Sirens għamluhom tnejn fil-75 minuta REI TACHIKAWA ttanta xortieħ minn barra l-kaxxa li ħasad lil Drobnjak u għamel l-iskor 2-0.
Sirens spiċċaw jilagħbu b’għaxra meta fit78 minuta Kei Sano intwera t-teini karta safra.
Ix-Xlukkajri skorjaw il-gowl tal-konsolazzjoni fil-85 minuta meta OSCAR CARNIELLO bir ras għeleb lil Matthew Grech.
//= $special ?>