Mijiet ta’ nies, fi tmiem il-ġimgħa, spiċċaw affettwati minn maltemp qawwi li kkaġuna għargħar ‘storiku’ fil-belt ta’ Valencia u l-madwar. Dan waqt li mijiet ta’ nies kellhom idumu s-sigħat f’sitwazzjoni inċerta fl-ajruport lokali fejn l-iskedi waqgħu lura sew. Intant, l-iskwadri għall-emerġenzi kellhom isalvaw numru sinifikanti ta’ sewwieqa li nqabdu fil-karozzi fost l-eqqel tal-għargħar.
Fl-istess ħin, numru ta’ residenti spiċċaw f’sitwazzjonijiet iddisparati fi djarhom stess u li wkoll kienu jirrikjedu l-intervent tal-ħaddiema għall-emerġenzi. Dan wara li, f’siegħa waħda biss, f’Valencia, niżlu ftit aktar minn 66 litru xita għal kull metru kwadru u li hu l-aktar inżul ta’ xita intensiv qatt irreġistrat għax-xahar ta’ Novembru.
Il-maltemp ikkaġuna wkoll qtugħ tad-dawl għal eluf ta’ nies madwar Spanja, b’ġuvni ta’ 17-il sena jitlef ħajtu fir-reġjun ta’ Zaragoza wara li ċediet siġra għal fuqu b’kaġun tal-elementi.
//= $special ?>

