Żagħżugħ mill-Etijopja ġie arrestat mill-Pulizija f’Għawdex wara li agredixxa raġel Somalu fis-Sannat.
Il-każ seħħ ilbieraħ meta l-Pulizija ġiet infurmata mill-Awtoritajiet tas-Saħħa li kien iddaħħal raġel l-Isptar Ġenerali t’Għawdex, illi ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
Il-Pulizija bdiet mill-ewwel bl-investigazzjonijiet u rriżulta li l-vittma, Somalu ta’ 36 sena residenti ż-Żebbuġ, Għawdex, qala xi daqqiet f’wiċċu allegatament bi flixkun imkisser waqt argument f’residenza.
L-Etjopjan ta’ 28 sena kien arrestat ftit tal-ħin wara mir-residenza fejn seħħ l-argument li tinsab fi Triq it-Tin, is-Sannat.
L-investigazzjonjiet tal-Pulizija dwar kif żviluppat din il-ġlieda għadhom għaddejjin.
//= $special ?>