Tal-anqas żewġ persuni tilfu ħajjithom wara li żewġ ajruplani tat-Tieni Gwerra Dinjija baqgħu deħlin f’xulxin waqt Airshow f’Texas is-Sibt.
Filmati juru l-impatt bejn iż-żewġ ajruplani b’wieħed minnhom saħansitra jinqasam minn nofs. Għadu mhux magħruf kemm kien hemm nies fuq dan l-ajruplan iżda s’issa ġew identifikati żewġ vittmi li kienu membri mal-Allied Pilots Associations li tirrapreżenta l-piloti tal-linji tal-ajru Amerikani. Fortunament, l-ebda nies li kienu qed isegwu ma weġġgħu f’dan l-inċident.
L-awtoritajiet qalu li se jinvestigaw sabiex jindentifikaw il-kawża tal-inċident.
Nies li kienu fl-udjenza esprimew is-silenzju kbir hekk kif seħħ dan l-inċident hekk kif bdiet tidher daħna kbira mill-ajruplani. Ġie rrapurtat li fl-udjenza kien hemm madwar 6,000 ruħ.
L-Airshow ta’ Texas huwa wieħed poplari ħafna li jsir fuq medda ta’ 3 ijiem sabiex jiċċelebraw l-veterani tal-Armata Amerikana.
//= $special ?>