Coronavirus Lokali Saħħa

11-il każ ġdid ta’ Covid-19

Fl-aħħar 24 siegħa f’pajjiżna kellna 11-il każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li fiequ 13-il persuna oħra.

Fortunatament, l-ebda persuna ma tilfet ħajjtha kaġun ta’ dan il-virus bejn il-Ħadd u t-Tnejn … biex b’hekk il-fatalitajiet mill-bidu tal-pandemija s’issa baqgħu 808.

L-aħħar mewta kaġun tal-Covid kienet fit-22 ta’ Ottubru li għadda. Bħalissa f’pajjiżna għandna 271 każ attiv ta’ Covid-19, filwaqt li għandhom qed jingħataw il-vaċċini għal kontra dan il-virus. Apparti minn hekk, għadu għaddej it-tilqim għal kontra l-influwenza staġjonali.