Lokali

“Artisti lokali baqgħu mingħajr għajnuna” – Peter Agius

Kittieba, diretturi tal-films, awturi u artisti tħallew fil-għama rigward fondi għall-films Maltin, waqt li l-Ministru qed jiffoka biss fuq kemm ser iġib atturi ta Hollywood billi jħalsilhom 40% tal-paga.

Dan qalu Peter Agius f’kummenti lil Net News wara li l-Gvern baqa’ ma allokax l-flus imwieghda ghal dan is-settur.

Suppost, il-Budget previst ghal 2022 ta 600,000 ghal films lokali; iżda dan il-fond ghadu ma ntuzax ghax qatt ma ħarġu l-calls. U produtturi ta films Maltin li ghamlulna ġieh barra min xtutna u li jistghu ikunu l-ahjar ambaxxaturi tat-turizmu baqghu bla ebda ghajnuna. Dan minkejja l-wegħdi qabel l-elezzjoni li l-Gvern ser iżied il-fondi minn €600,000 għal żewġ miljuni.

Minflok, il-Gvern żied biss il-fondi għal barranin li jiġu jagħmlu l-films hawn u ħalla l-kreattivita tal-Maltin bla għajnuna.

Peter Agius stqarr illi huwa tajjeb li bhala pajjiz nattiraw l-investiment barrani – tajjeb hafna wkoll li nattiraw produzzjoni ta films barranin fi xtutna. Però dan irid isir pari passu waqt li ninvestu fil-prodott Malti, stqarr Peter Agius fil-kummenti tieghu.