Lokali Qorti

Flok sab l-għajnuna Abner Aquilina spiċċa ‘brainwashed’: Id-difiża tikkonfronta xhud u tallega miegħu li pprova jabbużah

Abner Aquilina mixli bil-qtil tal-Pollakka Paulina Dembska fit-2 ta’ Jannar li għadda f’Tas-Sliema wasal biex jagħmel dak li għamel sforz ta’ ‘brainwashing’ minn naħa ta’ suppost ħabib tiegħu membru tas-soċjeta reliġjuża River of Love. Mhux talli hekk imma fil-lejl ta’ qabel ma seħħ il-qtil, dan ir-raġel spiċċa bex ipprova jabbużah sesswalment ftit tas-sigħat qabel seħħ il-qtil.

“Dan ir-raġel huwa membru tar-River of Love ħa miegħu lill-akkużat id-dar tiegħu wara li ħadu għal laqgħa li kellhom tar-River of Love. Fid-dar ġewwa ż-Żejtun stess huwa pprova jagħmel atti sesswali billi niżżillu ż-żipp tal-qalziet”. L-Avukat Mario Mifsud, li qed jidher għal Aquilina li jinbsab mixli bil-qtil ta’ Paulina Dembska u li anke stupraha qal dan kollu hekk kif kien qed jagħmel il-kontro-eżami lix-xhud Derrick Spiteri, li kemm il-darba ġie mwissi mill-Maġistrat Marse- Anne Farrugia li qed tisma l-każ biex jgħid il-verita kollha.

Spiteri qal li dak il-lejl Aquilina kien raqad għandu d-dar u li meta huwa qam ma sabux hemm, u kull ma sab kien il-baksett li kellu. Kien mar ifittxu l-isptar Mater Dei u anke d-Depot tal-Pulizija għax beda jinkwieta għalih. Qal ukoll li kien ċempel lil ommu li qaltlu li x’aktar kien qiegħed l-isptar.

Spiteri hawn ġie ffaċċat minn għadd ta’ domandi pertinenti tal-Avukat Mario Mifsud, li staqsieh jekk hux minnu li huwa kien qed jinkwieta, li Abner kien mar biex jagħmillu rapport u dan għax ried jabbużah, fejn saħansitra pprova jniżżillu ż-żipp tal-qalziet.

Filwaqt li Spiteri ammetta li hu ma jħobbx in-nisa, qal li mhux minnu li għamel jew ipprova dawn l-affarijiet fuq Abner. Hawn l-Avukat Mifsud qal lil Spiteri li Aquilina mhux giddieb u li hekk ġara. Spiteri qal li l-unika ħaġa li huwa jagħmel li joqgħod għall-kelma tal-Ġesù u ta’ l-ispirtu s-Santu. Ix-xhud qal li dak inhar ħa pillola għax għandu kundizzjoni  u raqad, u hu kellem lil Abner għal ftit tal-ħin biss.

Hawn l-Avukat Mario Mifsud staqsieh jekk l-instagar tiegħu u ‘brainwashing’ u l-fatt li pprova jabbużah, kienx qed idaħħal lil-Ġesù fin-nofs. “Messek tajtu l-għajuna u ħadtu l-isptar għax kieku ma kienx jiġru dak li ġara. Tajtu wkoll pillola biex tħawwdu u tagħmel dak li kellek f’moħħok tagħmel hux?” staqsa l-Avukat Mifsud lix-xhud li l-ħin kollu beda jiċħad dawn l-allegazzjonijiet.

Staqsieh ukoll għaliex dak inhar tal-qtil ħa lill-akkużat jgħum u li magħhom kien hemm persuna oħra, bit-tweġiba tkun li hu jħobb imur jgħum is-sena kollha, u li dak inhar it-temp kien tajjeb, hekk kif komplew id-domandi waħda f’waħda tad-difiża., fejn għal mument Spiteri beda jdum biex iwieġeb, tifsira għal Avukat Mifsud li għandu x’jaħbi,

Waqt li kien qed isir il-kontro-eżami omm l-akkużat li kienet bilqiegħda fl-awla bdiet tinstema’ tibki. Ix-xhud ikkonferma li fl-aħħar tas-sena ħa lil Abner Aquilina f’laqgħa tar-River of Love u wara flimkien ma’ persuni oħra marru jieħdu pizza l-Ħamrun u wara marru d-dar fejn ikkonferma li Abner raqad hemm imma ħareġ il-barra qabel ma huwa qam u li ħalla wkoll il- bieb tad-dar imbexxaq.

L-Avukat Mifsud staqsa għaliex Spiteri nkwieta daqstant meta Abner Aquilina għandu 20 sena, għaliex mar l-isptar u d-depot kieku ma kellux x’jaħbi ma kienx jippanikkja daqstant. Ix-xhud qal li ma jafx x’kien ġara meta mar l-ewwel darba id-depot, imma meta mar it-tieni darba sar jaf li kien seħħ qtil f’Tas-Sliema.

Abner Aquilina, fl-awla deher kalm, anke jekk xi mdaqqiet beda jidħaq u jiċċaqqlaq fl-iżbarra. F’ħin minnhom ix-xhud beda anke jidħaq u hawn l-Avukat Mifsud qallu li dawn mhumiex affarijiet tad-daħq u li jekk ikun hemm ħjiel li huwa għadda xi pillola lil Abner, kien se jispiċċa arrestat,

Xhud ieħor fost il-ħafna xhieda mill-Korp tal-Pulizija kien  il-Kuntistabbli Lino Parascandalo. Tenna  li rċieva telefonata mill-Ispettur Wayne Camilleri li kienu għadu kemm instab katavru fi Ġnien l-Indipendenza fi Triq it-Torri. Qal li marru mal-ispettur fuq il-post u raw katavru wiċċu ‘l fuq.

Spjega li mill-ewwel indikazzjonijiet deher li katavru kien ta’ tfajla wiċċha kollu demm u mneżża minn sidirha ‘l isfel. Madwarha kien hemm xi ħwejjeġ inkluż beanie, kien hemm xi xagħar u xi dmija. Qal li mal-ispettur Wayne, innotaw xi dokumenti fil-but tal-persuna u ħarġuhom mal-ewwel u identifikaw il-katavru.

33 fil-mija biss tal-pjan komplut

L-Ispettur Ramsley qal li rċieva telefonata li fil-klinika tal-Furjana kien hemm bniedem arrestat għax ftit qabel ħoloq kommossjoni fil-knisja tal-Balluta. L-arrestat kellu wkoll xi ġrieħi f’idejh. Qal li marru l-klinika u sabu lil Abnder u dan beda jgħid: “33 fil-mija mill-pjan biss kien komplut u biex dan il-pjan jirnexxi ried ikun hemm żewġ vittmi oħra involuti.” 

“Ix-xitan qalli biex nagħmel waħda. Rajt tfajla kienet dieħla ġol knisja u mort warajha. Bdiet tgħaġġel u bqajt miexi warajha. Xammejtha. Segwejtha sal-parkeġġ taħt l-art bejn San Ġiljan u Tas-Sliema” “Dehret Maltija, daqsxejn imbaċċa u xagħarha aħmar. Ma rridx inħares lejha darb’ oħra, li ġara ġara… tistaqsux mistoqsijiet li ma tridux answers” “Jien qtilt persuna u stuprajtha wara li kienet brain dead. Ma ridtx inweġġaha daqshekk.” “Qtiltha għax riedet twaqqafni. L-ewwel pruvajt fuq raġel iżda kienu żewġt irġiel u għedt aħjar persuna waħda.”

Kompla jgħid li tawh karta bid-drittijiet iżda dan għaffiġha u spjega li dan kollu ġie rrekordjat fuq il-body cam. Mistoqsi minn Stefano Filletti, xħin kellmuh, wieġeb li kien xi 8.15am. Mistoqsi dwar komportament ta’ Abner, qal bejn eċitat, bejn kalm, bejn xtaq jitkellem bejn le.

Fil-kontroeżami mill-Avukat Mifsud staqsa għaliex xħin beda jitkellem Abner ma tawhx mill-ewwel id-drittijiet tiegħu wieġeb li fuq informazzjoni li kienu għadu kemm tagħhom Surġent tad-Distrett, kienet għadha informazzjoni. Qal li kif waslu fuq il-post, l-affarijiet li bdew jisimgħu bdew jagħmlu sens u għalhekk tawh il-karta tad-drittijiet.

L-avukat Mifsud qal li wara li staqsewh li kellkom jistaqsuh ħassew li kellkom jagħtuh id-drittijiet, ma ħassewx qabel li għandhom jagħtuh id-drittijiet. Wieġeb li kien għadu persuna ta’ interess mhux suspettat. Meta kien mistoqsi li anke jekk rawlu demm fuq idejh, ix-xhud qal li seta’ waqa’ u ħariġlu d-demm.

L-ewwel xhud kienet uffiċjal tal-Qorti li ppreżentat stqarrijiet minn naħa tal-Pulizija fuq domandi li għamlu lill-akkużat. Wara xehed Supretendent Keith Arnaud. Arnaud qal li fit-2 ta’ Jannar għal ħabta tas-6.20am kienu infurmati li nstab katavru fi ġnien indipendenza f’Tas-Sliema. Qal li ftit minuti wara kien fuq il-post u ra li lkatavru kien ta’ mara wiċċha ‘l fuq, idejha u saqajha miftuħin, minn qaddha l-isfel bla ħwejjeġ u top mgħolli ‘l fuq.

Qal li kien hemm ħwejjeġ ħdejn katavru li kellu ħafna demm fuq il-wiċċ. Kien hemm qisu kobba xagħar mwaħħal mar-rail. Dak il-ħin infetħet investigazzjoni dwar qtil u mbagħad bdiet inkjesta mill-Maġistrat tal-Għassa Astrid May Grima. Spjega li aktar tard ġew infurmati li katavru kien ta’ Paulina Demska.

Qal li għall-ħabta tat-8am kienu infurmati li kien arrestat l-akkużat fuq kwistjoni ta’ diżordni fil-Knisja tal-Balluta li tinsab tefa’ ta’ ġebla ‘l bogħod mill-post fejn instab katavru. Qal li aktar tard kien infurmat li waqt l-arrest, qalilhom li ried ikellem lil qasis u li talab maħfra presidenzjali. Aktar tard fil-klinika lissen xi kliem li jkun hemm it-tieni vittma. Għalhekk ġie arrestat u ngħatawlu d-drittijiet.

Il-mutur ta’ Abner Aquilina instab f’parkeġġ ta’ lukanda

Spjegali bdiet ukoll tfittxija għall-mutur li kien qed isuq u nstab fil-parking area tal-Mariott Hotel. Qal li l-mutur ittieħed fil-garaxx tal-forensika għal aktar investigazzjonijiet. Qal li hu assista fl-investigazzjoni. Kompla jgħid li wara ġie infurmat li Abner kien ittieħed għall-kura Monte Carmeli. Huwa ġie rilaxxat fit-12 ta’ Jannar u kellmu u ħa sehem f’żewġ sezzjonijiet ta‘ interrogazzjoni dakinhar u l-għada.

Kompla jixhed li bdewh jaffaċċjawh kemm fuq li kien qed jgħid kif ukoll fuq l-evidenza li bdiet tirriżulta mid-DNA u mill-filmati tas-sigurtà. Qal li Abner beda jiftakar li saq bla helmet il-mutur u fejn ipparkjah. Qal li deher fil-filmat kellu hairstyle partikolari dak iż-żmien. Qal li semma li ltaqa’ ma’ żewġ irġiel ħdejn Peppi’s Kiosk u attakkahom u dan deher ukoll fil-filmati. Imbagħad beda jgħid li setax jiftakar aktar x’ġara ftit minuti wara. U mbagħad beda jgħid li ma jridx iwieġeb u beda jgħid ħafna affarijiet fuq magnets x’ġiegħluh jagħmel, etc.

Mistoqsi x’ġiegħluh jagħmel, Abner beda jgħid li ma jridx iwieġeb. Qal li għafsu fuq punt fl-istqarrija tat-12 ta’ Jannar, fejn qal li nisa lilu kienu jirrifjutawh u qabdulu jekk kienx il-każ li pprova jaqbad ma’ din il-vittma li kienet libsa headphone u forsi ma semgħatux u hu ħadha li rrifjutatu u żvoga fiha.

Aquilina qed jiġi mixli li bejn l-4.00am u s-6.00 am, qatel lil Dembska, stupraha, sskwestra kontra l-volontà tagħha u li ġiegħla tagħmel xi ħaġa li toffendi il-pudur tagħha. Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mis-Supretendent Keith Arnaud, l-Ispetturi Jonathan Ransley, Shawn Pawney u Wayne Camilleri. Dawn huma mgġejjuna mill-Avukati Anthony Vella u Darlene Grima f’isem l-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Il-kumpilazzjoni mistennija tkompli fit-22 ta’ Diċembru fl-10.30am.