Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Franza jitilfu lil Presnel Kimpembe; minfloku Axel Disasi

(Ritratt: EPA)

Id-difensur ta’ 27 sena ta’ Paris SG Presnel Kimpembe tneħħa mill-lista ta’ Didier Deschamps wara li ma rnexxilux jirkupra fil-ħin minn injury fil-hamstring. Minfloku ġie msejjaħ il-plejer ta’ Monaco Axel Disasi. Id-difensur ta’ 24 sena lagħab 23 darba għal Monaco dan l-istaġun u skorja tliet gowls.

Deschamps sejjaħ ukoll lill-attakkant ta’ 25 sena ta’ Borussia Monchengladbach Marcus Thuram biex b’hekk iffinalizza l-iskwadra kollha.

Iċ-champions tad-dinja Franza jibdew l-impenji tagħhom fi Grupp D nhar it-Tlieta 22 ta’ Novembru kontra l-Awstralja