Hekk kif irritorna l-Kampjonat Nazzjonali tal-Futsal, Fgura United sabuha diffiċli biex għelbu lil Malta Veterans bil-partita tispiċċa 4-3.
Fgura kienu 4-1 minn fuuq sakemm it-tim tal-Veterani bdew juru logħob impressjonanti fejn skorjaw darbtejn oħra u li setgħu ukoll ġabu l-gowl tad-draw.
Sebastian Nayar skorja doppjetta għal Fgura bil-gowls l-oħra jaslu minn Matthew Camilleri u Joshua Tonna.
Noel Bray, Leandros Calleja u James Ciangura skorjaw il-gowls għall-Veterani.
Wara s-suċċess fil-UEFA Champions League iċ-champions Luxol rebħu lil Marsaskala 3-0.
Marwan Telisi, Jhonn Anderson Pulido u Andrew Abela skorjaw il-gowls għat-tim minn St Andrews.
Swieqi United wkoll rebħu b’faċiltà meta għelbu lil Żurrieq 6-1. Justin Theuma kien il-protagonist għal Swieqi hekk kif skorja tliet gowls b’Felipe Molina jiskorja doppjetta. Il-gowl l-ieħor wasal minn Ryan Muscat.
L-uniku gowl ta’ Żurrieqkien skorjat minn Armando Gjepali.
//= $special ?>