Ryan Callus, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus qal fil-parlament li l-falliment tal-gvern fit-traffiku qed ikollu effetti negattivi fuq l-ekonomija.
Ryan Callus qal li l-elezzjoni l-poplu stenna risposta dwar il-porġett tal-Imrieħel biex art agrikola ma tinqeridx. Hu issa kienu installaw traffic lights fl-Imrieħel bil-konswgenza li qed ikun staġnar qawwi.
Ryan Callus qal li anki l-kunsilliera Laburisti ta’ Ħal Qormi biex il-by pass ta’ Ħal Qormi tinbidel fi ġnien u t-traffiku jgħaddi minn taħt l-art. Dan ikun ta’ benefiċċju għall-komunità ta’ Ħal Qormi kif ukoll għall-komunità kummerċjali taż-żona.
Dwar il-proġett tal-Imsida hu qal li issa dan hu aħjar milli kien u appella biex ikun soluzzjonijiet għall-għargħar. Dan il-proġett mhux joffri konnessjonijiet siguri għaċ-ċiklisti u għall-publbiku.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar ir-riklmazzjoni tal-art u qal li l-gvern ivvota €500,000 għal studji dwar dan is-settur iżda jidher li m’hemmx il-pjani konkreti.
Dwar l-infrastruttur tal-pajjiż, id-deputat Nazzjonalista qal li mhux jingħata valur għall-flus mit-toroq li saru. Dan minbarra li qed jergħu jsiru xogħlijiet f’toroq li jkunu għadhom kif ingħataw it-tarmak.
Ryan Callus appella biex is-servizzi jibdew jingħaddu mill-ġnub tat-triq biex ma jkunx hemm ħtieġa li t-toroq jinfetħu mill-ġdid meta jsiru x-xogħlijiet.
Hu semma’ t-trasport tal-massa u qal li din hi sena rrokrd ta’ inċidenti fatali. Fl-2014 il-gvern kien ħareġ strateġija biex f’10 snin l-inċidenti fatali minn 10 jonqsu għal ħamsa; illum hawn 24 inċident fatali… dan hu falliment totali! Waħda mir-raġunijiet tal-inċidenti huma l-frustrazzjoni tax-xufiera partikolarment dawk li jaħdmu f’dan is-settur.
Il-gvern m’għandu pjan għat-trasport tal-massa, sostna Ryan Callus, li kompla li dan is-settur hu fundamentali biex tikber l-ekonomija, fuq jekk jiżdidux l-inċidenti fatali
//= $special ?>