Avukata ta’ 54 sena saret l-ewwel President mara tas-Slovenja u waqt l-ewwel diskors fil-kariga hi esprimiet twemmin sħiħ fl-Unjoni Ewropea u l-valuri demokratiċi li hi bbażata fuqhom.
Natasa Pirc Musar, li hi wkoll ġurnalista, hi magħrufa għal konnessjoni legali li kellha mal-eks First Lady tal-Istati Uniti, Melania Trump u hi kkuntestat l-elezzjoni għall-Presidenza bħala kandidat indipendenti, iżda bl-appoġġ tal-Gvern Sloven taċ-ċentru-xellug.
Pirc Musar irnexxielha tegħleb lill-politiku konservattiv veteran Anze Logar fejn kisbet kważi 54 fil-mija tal-vot kontra s-46 fil-mija għall-avversarju.
Il-konkorrenza tal-votanti kienet ta’ 50 fil-mija fost il-popolazzjoni ta’ żewġ miljuni u waqt li r-rwol ta’ President Sloven hu fil-parti kbira ċerimonjali hu minnu li Natasa Pirc Musar se tkun qed taġixxi wkoll bħala l-Kap kmandant tal-qawwiet armati ta’ pajjiżha.
//= $special ?>

