Beda l-aħħar traġitt tat-Tazza tad-Dinja lejn Doha wara li żaret 51 pajjiż. Waqfa fis-sit patrimonju tal-UNESCO fid-distrett At-Turaif f’Diriyah lil hinn mill-kapitali Riyad fl-Arabja Sawdija fejn preżenti għal din iż-żjara kien hemm il-leġġenda ta’ Spanja David Villa
L-ambjent suġġestiv offra wkoll xenarju ideali għal kultura tal-Arabja Sawdija.
Ninsabu sitt ijiem il-bogħod mill-ftuħ tat-22 edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja fil-Qatar.
Fl-ambjent suġġestiv fil-qalba ta’ Doha ic-centru magħruf bħala Al Corniche beda l-influss tad-dilettanti u partitarji għall-akbar manifestazzjoni ta’ sport għall-2022.
L-ewwel partita f’Al Bayt Stadium minn Grupp A bejn Qatar u Ekwador tagħti bidu għal edizzjoni li ma kienetx nieqsa minn kontroversja kemm dwar il-mod kif il-Qatar rebaħ id-dritt li jorganizza u wisq aktar għal appell kontinwu minn bosta entitajiet dwar l-isfruttar ta’ ħaddiema barranin matul is-snin li wasslu għal ftuħ ufficjali fl-20 ta’ Novembru.
Tnejn u tletin pajjiż finalist f’xenarju ta’ tmien gruppi fejn apparti l-organizzaturi l-Qatar, kull finalist xi darba jew oħra kien f’fażi finali fil-21 edizzjoni qabel Qatar2022
//= $special ?>