Ivan Castillo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ivan Castillo qal fil-parlament li l-portijiet Maltin għandhom ikunu mgħammra b’sistemi li jkunu kapaċi jikkontrollaw theddid fis-sistemi tat-teknoloġija fil-portijiet.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar is-settur marittimu u qal li dan is-settur jeħtieġ investiment u viżjoni ħolistika. Hu tkellem dwar is-surveyors u qal li dawn intefgħu kollha fl-istess qoffa meta dawn għandhom ikunu kwalifikati biex ikun attirat talent barrani waqt li l-istudenti fl-inġinerija jaraw dan is-settur bħal wieħed b’potenzjal. Dan iwassal ukll biex jikber ir-reġistru tal-marittimu
Dwar il-bunkering, hu qal li għandu jkun hemm kodiċi ta’ prattika u investiment ta’ espansjoni taż-żoni ekonomiċi li minnhom jibenefika l-pajjiż.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar il-fuels u qal li l-pajjiż m’għandux jingħata gambetta billi ma jinvestix fl-oppoutnitajiet. Hu appella biex ma jsir xejn li jeffetwta negattivament lill-ħaddiema lokali fil-marittimu.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar ic-cyber security u qal li l-pajjiż għandu jkun mgħammar bit-tgħamir neċessarju biex jassigura li ma jkunx hemm dawn l-attakki għaliex jekk dan iseħħ ikun hemm kollas tas-sistemi tal-portijiet Maltin.
Id-deputat Nazzjonalista qal li jeħtieġ taħriġ għall-ħaddiema tal-portijiet quddiem dawn is-sitwazzjoni.
Hu appella biex ikun hemm pjani konkreti għar-riġenerazzjoni tal-portijiet u sostna li jidher li m’hemmx pjan għal Ras Ħanżir. Irid isir investiment fis-setturi li huma pilastri f’dan is-settur; dan hu settur ta potenzjal enormi u għandu jkun hemm qbil unanimu.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-pajjiż għandu bżonn trasport tal-massa inkella l-ekonomija mhux se tkompli tikber, l-inċidenti se jiżdiedu u l-imwiet fit-traffiku se jiżdiedu jekk mhux se jkun hemm trasport tal-massa. Il-PN lest jagħti l-kontribut tiegħu għal soluzzjoni dwar trasport tal-massa.
Hu semma’ t-tniġġiż tal-arja u qal li din hi problema kbira kaġunata anki mit-trab fit-tyres u l-biċċiet tat-tyres li jaqgħu u jispiċċaw fl-imniffsejn tal-poplu.
//= $special ?>