Toni Bezzina, PN
Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina qal fil-parlament li jeħtieġ soluzzjoni mmedjata dwar it-trasport tal-massa fil-pajjiż.
Toni Bezzina qal li l-politika tal-gvern hi nieqsa mill-viżjoni neċessarju; il-focus tal-gvern kien li jitwessgħu t-toroq li ma jħarsux għall-bżonnijiet futuri għas-settur.
Il-pajjiż qed jiffaċċja kriżi bla preċedent fit-trasport; traġġit li suppost idum kwarta jispiċċa jieħu siegħa u kwart. It-teorija tal-festi issa li dawn għaddew żgur li ma treġix, sostna Toni Bezzina, li kompla li l-pajjiż issa hu ffaċċjat b’numru kbir ta’ imwiet.
Fit-trasport il-gvern falla bil-kbir, sostna d-deputat Nazzjonalista li kompla li n-nuqqas ta’ ħeġġa mill-gvern biex isolvi din il-poblema kienet riflessa fil-budget li għadda meta ma kienx hemm soluzzjonijiet neċessarji.
Ma sar l-ebda investiment serju fit-trasport tal-massa u dak alternattvi biex jinstabu soluzzjonijiet vijabbli bħala alternattiva għall-karrozzi privati. Nuqqas ieħor hu n-nuqqas ta’ edukazzjoni. It-trasport pubbliku b’xejn ma solviex il-poblema għaliex l-iktar problema hi n-nuqqas ta’ effiċjenza f’dan is-servizz minħabba li ċertu rotot joperaw tard inkella jgħaddu mimlijin.
Jeħtieġ investiment serju b’żieda fin-nurmu ta’ karozzi tal-linja u fil-frekwenzi, reviżjoni tar-rotot skont il-bżonnijiet tan-nies u titjib fl-aċċess fil-wifi, titjib fil-bus shelters u jkun hemm iktar informazzjoni utli lill-passiġġieri li jkunu qed jistennew.
Toni Bezzina appella għal iktar użu tar-roti u jrid ikun hemm ikar inċentivi lill-privat biex ikun hemm showers għal min juża r-roti qabel jidħlu għax-xogħol. Proposta oħra tal-PN hi li l-privat ikollu inċentiv fiskali biex jorganizza trasport komuni għall-ħaddiema.
Hemm bżonn investiment f’sistema ta’ trasport tal-massa fejn il-PN ressaq il-proposta ta’ trackless train; liema idea issa l-gvern qed jipprova jagħmilha tiegħu.
Il-proposta tal-PN kienet iktar possibbli biex issir bi spiċċa b’inqas min-nofs li kien qed jipproponi l-gvern waqt li din tilħaq iktar mid-doppju ta’ lokalitajiet minn dik tal-gvern. Il-proposti tal-gvern kienet mifruxa fuq 25 sena waqt li dik tal-PN tista’ tibda tiddaħħal u titlesta fi żmien ħames snin.
//= $special ?>