Sport Tazza Tad-Dinja 2022

Jispikka l-messaġġ favur id-diversità fuq l-ajruplan Ġermaniż

(Ritratt: EPA)

Fuq titjira Lufthansa, id-destinazzjoni tat-tim nazzjonali tal-Ġermanja hija Muscat fl-Oman fejn hemm hekk l-iskwadra se tkun f’kamp ta’ taħriġ. Mal-ġenb tal-ajruplan jiddomina is-slogan ‘ Diversity Wins’ il-messaġġ dirett favur id-diversita’ b’rabta mal-atteġġjament tal-Qatar fil-konfront tal-ħaddiema immigranti, nisa u l-kompunita LGBTQ.

Il-Ħadd li għadda Philip Lahm, captain tat-tim Ġermaniż rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja fl-2014 qal li l-Qatar qatt ma kellu jingħata d-dritt li jorganizza t-Tazza tad-Dinja tal-FIFA Lahm ikkummenta f’kolonna fil-ġurnal Die Zelt fejn kiteb li l-omosesswali huma meqjusa bħala kriminali, nisa m’għandhomx drittijiet daqs l-irġiel u l-liberta’ tal-istampa u tal-espressjoni huma limitati.