Colin Schembri
Gżira Athleta 83
Mellieħa Libertas 104
(12-31)(21-30)(22-24)(28-19)
It-team ta’ Mellieħa Libertas ħadu l-ewwel rebħa fil-kampjonat kontra Gżira Athleta 104-83. Taqta’ l-ewwel ftit minuti tal-partita, Mellieħa kienu dejjem fil-kontroll tal-partita speċjalment wara run qawwija fl-ewwel sessjoni li rathom jiftħu vantaġġ ta’ 19 -il punt. Athleta bdew tajjeb meta għamlu l-ewwel żewġ baskets tal-partita minn Roland Griffen li spiċċa l-logħba b’total sabiħ ta’ 38 punt li però ma kienux biżżejjed għalijhom. Wara risposta minn Mellieħa permezz ta’ Connor Ziniach u David Bugeja, punti minn Nathan Xuereb u Griffen taw l-aħħar vantaġġ lill-Athleta fil-partita 10-7. Minn hawn, Mellieħa bdew run ta’ 17 -il punt mingħajr risposta fosthom trippli minn Robert Bonnici, Bugeja u Samuel Zammit flimkien ma’ Vukassin Jandric. Wara basket minn Jalen King għall-Athleta, Mellieħa għamlu seba’ punti oħra mingħajr risposta biex temmew l-ewwel sessjoni 31-12 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Mellieħa komplew ikabbru l-vantaġġ wara li kellhom it-three pointers minn Jandric u Nikola Jovanovic. Għall-Athleta kien hemm il-punti ta’ Griffen flimkien ma’ trippla ta’ Billy Zammit qabel ma Mellieħa għamlu break ieħor ta’ 11-3 li għalquh bi trippla ta’ Bonnici biex daħlu jistrieħu 61-33 minn fuq.
Wara l-intervall, iż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin biex Mellieħa żammew vantaġġ stabbli ta’ 28 punt 69-41. It-team ta’ Christian Narciso komplew b’run oħra ta’ 11-2 bi trippla ta’ Isaac Bonett għal skor ta’ 80-43. Hawn Athleta ppruvaw inaqqsu d-distakk u għalkemm kellhom it-tieni trippla ta’ Zammit flimkien ma’ Griffen, xorta kienu għadhom 30 minn taħt fi tmiem it-tielet taqsima 85-55. Fl-aħħar sessjoni, l-andament tal-partita baqa’ l-istess bil-punti jaslu b’mod regolari fuq iż-żewġ naħat hekk kif ir-riżultat kien ċert favur Mellieħa. Kien hemm spazju għal tlett trippli oħra minn Jovanovic li għaqqdu l-100 punt b’żewġ freethrows ta’ Ziniach u ħarġu rebbieħa 104-83.
Gżira Athleta: J. King 21, F. Mifsud Bonnici, L. Stefanovic, J. Ellul Dowling, N. Xuereb 14, R. Griffin 38, I. Xuereb, S. Vincic 4, R. Abela, B. Zammit 6.
Mellieħa Libertas: S. Zammit 5, D. Bugeja 12, R. Bonnici 6, V. Jandric 14, I. Bonett 7, N. Bukva 4, N. Jovanovic 17, C. Ziniach 35, M. Formosa 4
Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Nicky Azzopardi, Ionut Ciurariu
Depiro 70
Hibernians 69
(19-18)(11-26)(17-10)(23-15)
F’partita li kellha tmiem mill-aktar drammatiku, Depiro għelbu lil Hibernians biex ħadu l-ewwel rebħa fil-kampjonat u ħallew lill-Pawlisti b’żewġ telfiet minn żewġ partiti. Partita li kellha tibdil fuq iż-żewġ naħat fosthom fit-tmexxija ta’ Depiro hekk kif Ruben Baldacchino ħa t-tmexxija tat-team minflok Brian Semonian. Hibs kellhom lura minn sospensjoni lill-players Neil Cassar, Luke Farrugia, Anton Axiaq u Peter Shoults biex issa Silvio Cassar għandu bank itwal minn fejn jagħżel. Hibs kienu 14 minn fuq fill-mistrieħ però sofrew ir-rimonta ta’ Depiro li finalment tathom ir-rebħa. Depiro marru 8-0 minn fuq fil-ftuħ tal-partita wara trippli minn Miguel Brincat u Cameron Cornelius. Ir-risposta ta’ Hibs ġiet permezz ta’ Ivan Demcesen flimkien ma’ Farrugia u l-Amerikan Justin Bogle però Depiro baqgħu fuq quddiem wara l-punti ta’ Sean Galea u Kameron Rooks. Trippla fuq kull naħa ħallew lil Depiro 19-14 minn fuq qabel ma Hibs għamlu l-aħħar 4 punti tas-sessjoni. Fit-tieni perjodu, bidu tajjeb minn Hibs grazzi għal Demcesen u Bogle, poġġijhom fuq quddiem 28-23. Depiro ppruvaw jirkupraw u għal darbtejn naqqsu d-distakk għal 3 punti però Hibs kellom break ta’ 11-0 qabel l-intervall fosthom trippla ta’ Matthew Attard għal skor ta’ 44-30.
It-tielet taqsima bdiet b’basket ieħor ta’ Hibs però hawn Depiro bdew ir-rimonta tagħhom b’run ta’ 11-0 bil-punti jaslu minn Cornelius, Brincat u Matthew Debattista. Hibs waqqfulhom din ir-run b’basket ta’ Demcesen u trippla ta’ Farrugia però Depiro għamlu sitt punti oħra biex naqqsu d-distakk għall-erba’ punti però Hibs għalqu s-sessjoni bi trippla ta’ Shoults għal skor ta’ 54-47. L-aħħar sessjoni fetħet bil-punti fuq kull naħa biex Hibs baqgħu fuq quddiem. Depiro temmew ir-rimonta tagħhom bi trippla ta’ Cornelius li poġġiethom fuq quddiem 63-60. Kollox kien jindika li l-partita se jkollha tmiem drammatiku hekk kif fl-aħħar 4 sekondi basket u freethrow ta’ Axiaq poġġew lil Hibs 69-68 minn fuq. Wara timeout ta’ Baldacchino, Cornelius qabad il-ballun u baqa’ sejjer għal lay-up li poġġiet lil Depiro fuq quddiem 70-69 però minkejja l-ferħ tagħhom, l-arloġġ kien għad baqalgħu 0.04 ta’ sekonda għal tmiem il-partita. Cassar għajat time-out, il-ballun wasal għand Demcesen li tefgħu mal-ewwel lejn il-basket bil-ballun idur darbtejn mar-ring u jinqabeż il-barra biex Depiro ħadu nifs qawwi u r-rebħa fuq skor finali ta’ 70-69.
Depiro: J. Flagel, S. Galea 2, J. Micallef, A. Aquilina 8, N. Grech, S. Kenely, K. Rooks 22, M. Brincat 5, M. Mallia 3, C. Cornelius 26, M. Debattista 4.
Hibernians: N. Cassar, P. Attard 1, L. Attard 13, L. Farrugia 6, G. Cassar, A. Axiaq 9, M. Fall 2, R. Aquilina, M. Attard 5, J. Bogle 27, I. Demcesen 17, P. Shoults 3.
Referees: Bernard Vassallo, Zvezdan Dobrosaviljevic, Fiorentina Ciurariu
Bupa Luxol 71
Starlites FIJO 87
(22-25)(16-23)(18-17)(15-22)
Starlites FIJO baqgħu bla telfa fl-istaġun hekk kif fl-aħħar parita għelbu lil BUPA Luxol 87-71 biex ħadu t-tieni rebħa tal-kampjonat. Iż-żewġ timijiet kienu bl-istess formazzjoni ta’ ġimgħa qabel però l-Amerikan Darius George ħalla l-court b’injury fit-tielet sessjoni u ma kompliex il-partita. Minkejja d-distakk finali ta’ 16 -il punt, il-partita kienet missielta u kien lejn it-tmiem li Starlites aċċertaw ruħhom mir-riżultat. Fil-bidu tal-partita ż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin bil-vantaġġ jinbidel kontinwament fuq iż-żewġ naħat. Trippla ta’ Ian Felice Pace feħtet run qasira ta’ 7-0 minn Starlites però Luxol irrispondew bil-punti ta’ Trevian Bell u Nikola Vasovic biex reġgħu ħadu vantaġġ ta’ basket 22-20. Starlites għamlu l-aħħar 5 punti tal-perjodu minn Louie Farrugia u Alec Felice Pace għal skor ta’ 22-25. Fit-tieni taqsima Starlites fetħu b’run ta’ 14-3 fosthom trippli minn I. Felice Pace u Darius George biex ħadu l-ewwel vantaġġ sostanzjali 41-29. Luxol tħabtu biex jirkupraw speċjalment bil-punti ta’ Taylor Mattos b’Matthew Scerri jagħmel trippla għal Starlites li daħlu jistrieħu 48-38.
Starlites għamlu l-ewwel punti tat-tielet sessjoni minn Jordan Notch u George però Mattos u Vasovic reġgħu wieġbu għal Luxol. Scerri għamel trippla oħra flmkien m’aktar punti minn Notch għal Starlites iżda kienu Luxol li għalqu t-taqsima bi trippla ta’ Jean Paul Schembri u l-punti ta’ Mattos għal skor ta’ 56-65. Fl-aħħar perjodu Luxol waslu sa’ 5 punti ‘l bogħod 62-67 wara żewġ trippli minn Vasovic u Bell. Ir-risposta ta’ Starlites kienet immedjata u ġiet minn żewġ trippli ta’ A. Felice Pace u Scerri. Luxol ma reġgħux naqqsu d-distakk biżżejjed biex jerġgħu jidħlu fil-partita li ntemmet bl-aħħar punti ta’ Felice Pace u Nothc hekk kif Starlites ħadu r-rebħa fuq skor ta’ 87-71.
Bupa Luxol: J. Garcia Cefai, N. Vasovic 12, M. Sciberras, T. Bell 22, JP Schembri 5, A. Trapani, L. Trapani, J. Pace Debono, T. Mattos 19, M. Matijevic, S. Cappello 13.
Starlites FIJO: A. Felice Pace 12, M. Attard 2, I. Felice Pace 11, M. Fabri, L. Riolo, M. Scerri 12, R. Carabott, L. Farrugia 6, K. Xuereb 4, N. Sultana, D. George 17, J. Notch 23.
Referees: Bernard Vassallo, Daniella Torok, Julie Londono
//= $special ?>