Mellieha SC Football School laħqet ftehim mal-ġganti Spanjoli ta’ Valencia C.F għal ftehim esklussiv li se jara liż-żewġ klabbs jikkollaboraw flimkien billi jaqsmu bejniethom il-filosofija u metodoloġija tal-futbol li japplikaw.
L-iskola tal-futbol ħabbret ukoll kollaborazzjoni mal-Valencia CF Academy Italy, li għandha twassal għal sensiela ta’ kampijiet ta’ taħriġ u turnej f’Malta u fl-Italja, kif ukoll parteċipazzjoni fit-Tazza tad-Dinja organizzata f’Valencia għall-VCF Technical Partners.
Permezz ta’ dan il-ftehim, coaches lokali se jkollhom l-opportunità li jirċievu taħriġ bl-għan li jimplimentaw l-esperjenza li jiksbu u jgħadduha liż-żgħażagħ tal-klabb Mellieħi.
Dan se jkun possibbli billi jiġu organizzati żjarat, taħriġ u tagħlim fi Franza kif ukoll laqgħat mal-istaff tekniku ta’ Valencia C.F li se jiggwida lill-coaches Maltin. Dan apparti mill-organizzazzjoni tal-Football Clinics għal coaches lokali.
Valencia C.F hu klabb ewlieni li l-Akkademja tiegħu fl-aħħar 18-il sena pproduċiet iktar minn 600 plejer li eventwalment lagħbu ma’ xi klabb professjonali fl-Ewropa. Il-klabb għandu wkoll l-iskwadra ewlenija bl-iżgħar eta’ medja fl-Ewropa; 23.9 snin.
//= $special ?>