Il-każ serju li seħħ fl-Orkestra Nazzjonali huwa inkwetanti, u ħafna qed jistaqsu jekk kienx hemm abbuż ta’ poter.
Hekk stqarr l-eks deputat Laburista Jean Claude Micallef meta il-ġimgħa li għaddiet kien mistieden għall-programm NETLIVE fuq Net TV.
Il-kandidat tal-PL spjega kif dan il-każ ta’ fastisju sesswali u l-akkużi li qed isiru affetwaw direttament is-settur kulturali kollu. Huwa qal li f’dan il-każ hemm persuna li ammetta kif ukoll Kap Eżekuttiv illi bħalissa għaddejjin proċeduri kontrih. Barra minn hekk, huwa saħaq li wieħed għandu jara kif qed tiġi ndirizzata din is-sitwazzjoni.
Waqt il-programm NETLIVE ipparteċipa wkoll in-nutar Mark A. Sammut illi tkellem dwar ir-responsabbiltà politika li għandu jġorr il-Ministru Owen Bonnici. Huwa tenna li għalkemm il-Ministru ma sforza xejn ma jfissirx li huwa bla ħtija.
Intant, dan l-istazzjon għadu qed jistenna tweġiba mingħand l-istess Ministru tal-Kultura biex jipparteċipa f’ diskussjoni fuq Net TV sabiex iwieġeb id-domandi li qed iqumu dwar dan il-każ serjissimu ta’ fastidju sesswali.
//= $special ?>