Tlett footballers li kienu parti mit-team tal-futbol tal-Universita’ ta’ Virginia inqatlu fi sparatura fil-kampus ta’ din l-istess universita’.
Din l-isparatura seħħet għall-ħabta tal-10:30 il-Ħadd filgħaxija waqt li l-karozza tal-linja kienet dieħla fil-parkeġġ tal-Univerista’ bit-tim tal-futbol. Barra minn hekk, żewġ persuni ġarrbu xi ġrieħi kawża ta’ din l-isparatura.
Ftit tal-ħin wara, persuna kienet arrestat b’rabta ma’ din l-isparatura li mbagħad kien identifikat li huwa student ta’ 22 sena. L-awtoritajiet qalu li ma jidher li hemm l-ebda motiv wara din l-isparatura.
//= $special ?>