Ashton United, tim minn Manchester li jilgħab fin-National League North, jew is-seba diviżjoni fl-Ingilterra fuq il-midja soċjali tagħhom ħabbru li għamlu offerta lil Manchester City sabiex jisselfu lill-attakkant Norveġiż Erling Haaland. Mistoqsi dwar din il-possibiltà il-kowċ ta’ Ashton United Michael Clegg qal li tagħmel sens hekk kif Manchester City mhux se jkunu qed jilagħbu u Haaland mhux se jkun qed jilgħab fit-Tazza tad-Dinja minħabba li n-Norveġja ma kwalifikawx.
Clegg qal li din hija opportunità għal plejer biex iżomm il-forma u jkun aħjar għalih li jibqa jilgħab il-futbol ‘milli jagħmel sitt ġimgħat jilgħab il-Golf’
Hu mifhum li Manchester City għandhom ma rrispondewx għal din ir-rikjesta ta’ self ta’ 28 ġurnata. Din l-aħbar ikkawżat problemi fis-sit eletroniku ta’ Ashton United li sa issa għadu mhux aċċessibli bil-probbabiltà hi li ammont kbir ta’ nies provaw jaċċessawh biex jaraw jekk din l-aħbar hix veritiera.
