Uħud, bħall-kantanta Ira Losco, mhux jiddejqu jitkellmu apertament. Oħrajn, bħad-Direttur Artistiku Kenneth Zammit Tabona u l-eks kandidat Laburista Felix Busuttil baqgħu totalment siekta dwar l-abbuż illi seħħ fl-Orkestra Nazzjonali u fit-tmexxija tat-Teatru Manoel.
Mal-gazzetta The Malta Independent on Sunday, Ira Losco qalet illi l-ebda mara b’għandha tissikket; aktar u aktar meta tipprova tirrapporta każ ta’ fastidju sesswali.
L-attur popolari Alan Montanaro minn naħa tiegħu stqarr li jinsab diżappuntat illi dan kollu seħħ fl-industirja li tant iħobb – stejjer li meta semahom ġabulu dieqa enormi.
Mal-istess gazzetta, l-attriċi Isabel Warrington qalet li għalkemm m’għandiex dettalji ta’ dak li seħħ eżatt, xorta huwa fatt li dawn l-iskandli jitfgħu dawl ikrah fuq is-settur kulturali. Hi insistiet li abbuż ta’ dan it-tip mhux aċċettabbli, u persuni fit-tmexxija ma jistgħux jagħmlu hekk.
Fuq Net TV fl-aħħar jiem ikkummenta wkoll id-Direttur Artistiku Toni Attard illi għalih dan huwa każ ċar fejn l-istituzzjonijiet qed ifallu.
Il-ġimgħa li għaddiet, anke l-eks deputat Laburista Jean Calude Micallef stqarr illi l-każ ta’ fastidju sesswali fl-Orkestra Nazzjonali huwa inkwetanti għaliex iqajjem dubju li seta’ kien hemm abbuż ta’ poter.
Iżda kandidat ieħor tal-Lejber li dejjem ħadem f’dan is-settur, għażel li jibqa’ fil-muta. Dan huwa Felix Busuttil, illi mal-Independent qal li mhux se jikkummenta bi skuża li għad hemm proċeduri fil-Qorti.
//= $special ?>