Lokali Qorti

Mixli li kkaġuna ġrieħi fuq martu wara li marret biex tiddefendi lil binha

Raġel ta’ 52 sena residenti Marsaskala li jaħdem bħala ‘handyman’ ġie mixli li kkaġuna ġrieħi ta’ natura gravi fuq martu wara li din intervjeniet meta dan kellu xi jgħid ma’ binha fil-ħin li pponta pala wara argument. L-Ispettur Sherona Buhagiar qalet li fit-12 ta’ Novembru għamlu rapport li tliet ijiem qabel kien seħħ inċident.

Hija qalet li t-tifel tal-allegata vittma mhuwiex il-missier bioloġiku ta’ żewġha u li joqgħodu fl-istess residenza. Huwa fatt li l-imputat u t-tifel ma jaqblu f’xejn bejniethom,u nqala argument fuq xi żraben. L-Ispettur qalet li l-akkużat mar għall-pala tal-ħadid fil-garaxx u pponta fid direzzjoni ta’ għonq it-tifel, u li iżda ma kkawżalu l-ebda ġrieħi.

Meta rat dan kollu mart l-imputat marret tintervjeni biex tipproteġi lil binha, u mbuttat lil żewġha timbatta, bil-pala ma tinqax fil-livell tat-tifel. L-omm stqarret mal-Pulizija li dak il-ħin huwa ta daqqa b’idejh u spiċċat bi ġrieħi f’għajn minnhom u kellha ssirilha ‘butterfly stich’.

L-Ispettur Buhagiar qalet li viżibilment l-abjad  għajnjeha kien bid-demm. Sadanittant iċ-ċertifkkat mediku tat-tabib jgħid li l-mara sofriet minn ġrieħi ħfief, madankollu skont il-liġi meta l-ġrieħi jkunu fil-wiċċ dawn jiġu klassifikati bħala ta’ natura gravi.

“Kienet okkażjoni ta’ darba”? staqsiet il-Maġistrat lill-Ispettur, li wieġbet fl-affermattiv, anke jekk it-tifel kien qalilha li sentejn ilu kien faqa’ xi bieb tad-dar u ma sar l-ebda rapport. Ir-raġel ġie mixli li fid-9 ta’ Novembru bejn il-5pm u s-6pm mingħajr il-ħsieb li joqtol lil martu kkaġunalha ħsara, dik ta’ offiża gravi. Huwa ġie mixli wkoll li ħebb għat-tifel u li heddu.

L-Avukat Difensur Herbert Mula għamel talba għall-pleġġ li kienet oġġezzjonata mill-Prosekuzzjoni minħabba l-biża ta’ kontaminazzjoni tal-provi peress li għad baqa’ l-vittmi biex jixhdu fuq il-każ.  L-Avukat Mula qal li fil-liġi mhemmx kif u meta wieħed għandu jressaq, u li każijiet bħal dawn jistgħu jsiru b’ċitazzjoni.

L-Avukat qal li l-akkużi ta’ feriti gravi ma jeżistux u li jekk dan hux sfreġju permanenti lanqas wieħed ma jista’ jgħid li dawn jeżistu. Dan huwa argiment prematur deċiżjoni u 99 fil-mija l-akkuża se tispiċċa taqa’ għall-ġrieħi ħfief, u mhux sew li jinbagħat il-ħabs, u ma jiġix kundannat piena karċerarja u għalhekk ikun għamel żmien il-ħabs għal xejn.

L-Avukat Mula qal li l-klijent tiegħu għandu post alternattiv li jmur jgħid ma’ ommu li ma kienitx preżenti l-Qorti ta’ 82 sena, li toqgħod ukoll Marsakala, iżd mhux viċin fejn togħod il-koppja u t-tifel. Tenna li din kienet okkażjoni ta’ darba u li huwa vera li l-imputat u t-tifel ta-mara tiegħu ma jaqblux.

“Dan kien każ fejn seħħ argument mat-tifel u daħlet il-mara biex tferraq u ntlaqtet. Vera pprovat tikkalma s-sitawazzjoni u ntlaqtet. Mhemmx biża għax mhux se jabita’ fil-viċinanzi tal-vittmi, u l-vittmi diġa marru għand il-Pulizija u qalu b’kollu li ġara.

L-Ispettur Buhagiar fuq mistqsija tal-Qorti qalet li bejn id-9 u t-12 ma kienux qed jitkellmu u qalet li kienet se titlob lill-qorti fis-seduta li jmiss biex jinħatar tabib biex jikklassifika dawn il-ġrieħi. Il-Qorri ħarġet ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-mara u t-ifel għall-perjodu sakemm tingħata s-sentenza fejn intlaqgħet ukoll it-talba għall-ħelsien mill-arrest.

Huwa ngħata l-pleġġ fuq depożitu ta’ elf ewro u garanzija personali ta’ 8,000 ewro, li jiffirma kuljum bejn it-8am u 8pm fl-Għassa ta’ Ħaż-Żabbar, li jkun id-dar sal-10pm u ma joħroġx qabel il-5.30am. Il-Maġistrat Demicoli wissietu biex jpqgħod mal-ordnijiet mogħtija lilu li jinkludu wkoll li ma jkellimx lil martu u lil binha bl-ebda mod, lanqas fuq il-media soċjali jew jibgħat xi risposta ma’ xi ħadd ieħor. Anzi jkun aħjar jekk huwa jimblokka lill-allegati vittmi minn fuq il-mobile tiegħu.