Jinkiser is-silenzju min-naħa tal-Prim Ministru Robert Abela, hekk kif iddikjara li għandu fiduċja fil-Ministru Owen Bonnici, u li wara l-iskandlu fl-Orkestra Nazzjonali se jzommu miegħu fil-Kabinett.
Dan minkejja li Owen Bonnici qed jaffaccja kritika enormi minn bosta professjonisti u għaqdiet wara l-kaz ta’ fastidju sesswali li seħħ fl-Orkestra Nazzjonali. Liema każ wassal biex tfalja kellha tirriżenja mill-impjieg tagħha.
U quddiem dan l-iskandlu, il-Prim Ministru Robert Abela qed jibqa’ jiddefendi lill-Ministru Bonnici fejn skont hu, ħa d-deċiżjonijiet li kellu jieħu. Bil-Prim Ministru ma jikkumentax dwar il-fatt li l-Owen Bonnici dam numru ta’ ġranet jaħbi dan il-każ serju.
Owen Bonnici sar jaf bil-każ fis-6 ta’ Settembru li għadda meta l-impjegata marret tkellmu direttament. Iżda dam kważi għoxrin ġurnata sakemm ħatar bord ta’ inkjesta biex jinvestiga dan il-każ ta’ fastidju sesswalI.
Bil-Ministru ma jirrapurtax dan il-każ serjissimu lill-Pulizija.
Sal-lum… iktar minn xahrejn minn mindu l-Ministru sar jaf b’dan il-każ, Owen Bonnici għadu ankart mas-siġġu tiegħu u għadu ma ħax responsabbilta ta’ għemilu. Dan hekk kif mhux eskluż li saret pressjoni mill-Ministeru tal-Arti u l-Kultura biex dan il-kaz jibqa’ mistur.
//= $special ?>