Lokali

AĠĠORNATA: Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi wara ħabta fil-Ħamrun

Sewwieq ta’ mutur spiċċa ferut wara ħabta li seħħet fil-Ħamrun ftit wara t-8:30am.

Fil-ħabta, li seħħet fi Triq Xuereb, kien involut vann tal-għamla Citroen illi jidher li kien ġej mid-direzzjoni tal-Pietà. Kawża tal-inċident it-triq kellha tingħalaq għal xi ħin. Il-mutur kien misjuq minn żagħżugħ ta’ 29 sena.

Fil-post waslu Pulizija kif ukoll ambulanza b’tim mediku mill-Isptar Mater Dei.

Aktar tard, is-sewwieq tal-mutur ġie ċertifikat illi weġġa’ gravi imma mhux fil-periklu tal-mewt.

Il-vann kien qed jinstaq minn raġel Sirjan ta’ 24 sena.