Partitarji u familji sas-sigħat bikrin ta’ filgħodu inġemgħu f’Lusail Bulevard, iz-zona li twassal għall-Istadium f’Lusail.
Fuq kollox tiddomina l-figura ta’ La ‘eeb il-mascot ufficjali tat-22 Edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja. La ‘eeb tfisser ‘Plejer mill-aqwa’ u jissimbolizza l-għata tar-ras li jilbsu l-irġiel Għarab fejn La ‘eeb iżomm il-lampa maġika.
Filwaqt li llum kellhom jaslu l-kontinġenti tal-Ingilterra u Olanda, fost l-influss ta’ persuni minn barra l-pajjiż, l-awtoritajiet tal-pulizija ħabbru li arrestaw tlett persuni li n-nazzjonalita’ tagħhom mhux magħrufa fejn dawn inqabdu jbiegħu biljetti tal-partiti b’mod illegali. Il-pulizija ppubblikat ritratt tal-persuni arrestati u l-konfiska ta’ computers li ntużaw fil-ħruġ ta’ biljetti tal-partiti.
Skond Artiklu 19 tar-Regolamenti tal-FIFA b’rabta mat-Tazza tad-Dinja ħadd ma jista jbiegħ biljetti u ħruġ ta’ biljetti jekk mhux b’licenzja tal-FIFA jew rappreżentant awtorizzat.
//= $special ?>