Lokali Qorti

15-il xahar ħabs u multa fuq traffikar ta’ droga

Raġel ta’ 53 sena mill-Marsa ġie kundannat 15-il xahar ħabs mill-Maġistrat Ian Farrugia wara li ammetta li fl-14 ta’ Novembru u fix-xhur ta’ qabel kien involut fi traffikar ta’ droga li taqa’ fit-termiu “ta’ sustanza psikoattiva ġdida.” Huwa ammetta wkoll li kien fil-pusses ta’ din id-droga f’ċirkostanzi li juru li ma kienitx għal użu esklussiv tiegħu.

Robert Spiteri li ġie mmultat ukoll 500 ewro ammetta wkoll li kellu fil-pusses tiegħu d-droga eroina u li sar reċediv b’numru ta’ sentenzi mogħtija minn diversi Qrati, liema sentenzi saru ndefinittivi u ma jistgħux jiġu mibdula jew imħassra. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Jonathan Pace filwaqt li għal Spiteri deher l-Avukat Matthia Felice.