Lokali

Ftit inqas minn €52,000 mhux dikjarati interċettati mid-Dwana

Matul ix-xahar ta’ Ottubru l-uffiċjali tad-Dwana interċettaw €51,988 fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Dawn il-flus kontanti inqabdu f’4 każi separati fejn Rusu, żewġ Ukreni u Libjan – kollha kemm huma fi triqithom lejn Istanbul, fit-Turkija – inqabdu b’dawn il-flejjes mhux dikjarati.

Kollha kemm huma għalqu l-każ mingħajr ma daħlu fi proċeduri fil-Qorti.

Mill-bidu tas-sena s’issa d-dwana qabdet aktar minn kwart ta’ miljun ewro fi flus mhux dikjarati għal total ta’ 52 każ.