Chris Said, PN
Għawdex għandu bżonn tmexxija reġjonali, bir-riżorsi u l-finanzi meħtieġa mibnija fuq il-kunċett ta’ Għawdex reġjun biex jittieħdu d-deċiżjonijiet tajbin favur l-Għawdxin.
Dan sostnih id-deputat Nazzjonalista Chris Said meta kien qed jitkellem fil-parlament dwar il-Ministeru għal Għawdex.
Hu qal li Għawdex qed jitwarrab tant li għat-tieni sena lanqas hemm riferenza fil-budget. Il-gvern m’għandu l-ebda soluzzjoni għall-iżvilupp bla rażan u għall-ġungla tal-concrete f’Għawdex; m’għandu l-ebda pjan dwar kif Għawdex se jżomm il-karatteristiċi tiegħu.
M’hemmx pjan dwar il-problemi tat-traffiku u l-parkeġġ, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li fis-sigurtà l-pjan tal-gvern kien biss biex tiżdied il-popolazzjoni. L-uniku ideat li hemm fil-budget huma biss proġetti riċiklati li ilhom ikunu mwegħda n-nies iżda baqgħu ma twettqux.
Chris Said qal li wara ħafna snin, il-vot kapitali ta Għawdex tnaqqas bi €11-il miljun jew 33% fuq sentejn ilu. Dan meta l-prezzijiet qed jisplodu, sostna Chris Said, li kompla li numru ta’ proġetti issa jidher li ntnesew. Dan il-budget nesa għal kollox il-parkeġġ fir-Rabat u m’hemmx flus ivvutati għalih.
F’10 snin ma sarx parkeġġ wieħed ġdid f’Għawdex anzi tnaqqsu l-parkeġġi li kien hemm. L-iskola primarja tar-Rabat ma fiha l-ebda parkeġġ, sostna Chris Said li qal li f’10 snin Gvern Laburista ma bena l-ebda skola f’Għawdex. Gvern Nazjzonalista kien jibni l-iskejjel u taħhom jagħmel il-parkeġġi.
Id-deputat Nazzjonalsta semma’ l-bini tal-qorti u qal li gevrn Nazzjonalista kien diġà identifika l-post fejn isir dan il-bini. L-ewwel ministru Laburista wara l-2013 kompla għaddej u kien se jibda x-xogħol iżda meta nbidel il-Ministru għal Għawdex twaqqaf dan ix-xogħol u kien hemm pjan biex il-qorti l-ġdid isir ħdejn il-biċċerija.
Meta reġ’a nbidel il-ministru, ix-xogħol waqaf għal kollox meta suppost l-espressjoni ta’ interess kellha toħroġ fi ftit ġranet. Hu ppropona li l-qorti jmur fiċ-Ċentru tal-Innovazzjoni għaliex dan il-post ma rnexxiex u hemm spazju modern u ġdid li jista’ jakkomoda l-qorti, almenu għal mod temporanju sakemm tinstab soluzzjoni.
Chris Said qal li l-budget ma jitkellimx dwar il-mina u sostna li l-gvern issa qed jgħid li dan il-proġett issa twarrab. Din hi irresponsabbiltà, sostna d-deputat Nazzjonalista li kompla li wara jsiru l-istudji kellhom ikunu l-Għawdxin li jiddeċiedu f’referendum iżda l-gvern qed jgħid li se jibqa’ għaddej għandu l-mandat tal-poplu biex din issir.
Issa l-gvern waqqaf dan il-proġett, sostna Chris Said, li semma’ l-casino, il-marina tal-jottijiet u l-cruise liner terminat li l-gvern ma semma’; xejn iktar dwarhom.
Dwar il-konnettività, Chris Said qal li din hi kollox għal Għawdex u l-Gaħwdxin; gvern Laburista ta biss vapur second hand li suppost kellu jkun iss għal perjodu qasir iżda iss jidher li se jinżamm. Kien Gvern Nazzjonalista li nvesta fi tliet vpuir ġodda 20 sena ilu
Hu semma’ l-fast ferry u qal li dan sar bl-għaġġla u qal li l-gvern ma ndunax li l-gvern kellu obbligu li jiggarantixxi dan il-proġett; issa l-gvern se jara li dan is-servizz ikun sussidjat għax qed isiru erba’ vjaġġi kuljum. Il-gvern qed jgħid li se jivvota €12-il miljun fuq sentejn iżda fil-budget m’hemmx flus ivvutati. Dan hu budget li għat-tielet sena konsekuttiva se jagħmel dejn ta’ €1 biljun fis-sena.
Hu semma’ l-link bl-ajru u qal li l-gvern irid ikun ċar kif se jsostni dan il-link; il-gvern issa qed jivvota biss €100,000 għal dan il-link. Il-Gozo Channel qed tagħmel telf enormi u qed tingħata €8 miljuni fis-sena; dan hu kollu tort tan-nies fis-settur pubbliku li jridu jagħtu kont ta’ għemilhom. Id-dar tal-anzjani ilha 10 snin mhux kompluta u ma titntużax; kien gvern Nazzjonalista li għamel l-aħħar proġett tal-anzjani f’Għawdex… Dar Sant’Anna.
Id-deputat Nazzjonalista Chris Said qal li suppost f’Għawdex hemm sptar ġdid ta’ 400 sodda lest iżda m’hemm xejn ħlief is-serq tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Anki l-pixxina m’għadhiex tissemma’ meta dan kien proett ta’ €11-il miljun.
Chris Said qal li fl-aħħar leġiżlatura taħt Gvern Nazzjonalista saru numru kbir ta’ toroq kompluti bis-sevizzi. Il-gvern Laburista naqqsa il-vot għal Għawdex, sostna Chris Said li kompla li, l-gvern naqqas diversi fondi oħra fl-akkomodazzjoni tal-istudenti f’Malta, ir-restawr tal-akwadott, żvilupp fit-turiżmu, il-qorti ta’ Għawdex, l-iskema għan-negozji u l-fond għar-resatwr.
//= $special ?>

