Sport

Golf: Patrick Baldacchino u Doreen Balzan jispiċċaw l-ewwel fil-Malta Golf Association Shield

Fil-kumpless tal-Golf fil-Marsa bejn il-Ħamis u l-Ħadd li għadda ntlagħbet is-16-il edizzjoni tal-Malta Golf Association Shield.

Fl-edizzjoni ta’ din is-sena ħadu sehem 84 plejer maskili u 20 femminili.

Patrick Baldacchino spiċċa l-ewwel fis-sezzjoni tal-irġiel b’Panagiotis Baltzis u Matthew Mangion jispiċċaw fit-tieni u t-tielet post rispettivament.

Minn naħa l-oħra f’dik tan-nisa, fl-ewwel post spiċċat Doreen Balzan seġwita minn Geraldine Cranley u Joanne Cassar.

Filwaqt li rringrazzja lill-parteċipanti kollha, il-President tal-Malta Golf Association Willam Beck qal li dan it-tournament kien wieħed ta’ suċċess u li l-assoċjazzjoni qed tagħmel minn kollox biex din il-logħba tkompli tiżviluppa u tikber fil-popolarità f’pajjiżna.