F’konfront li ħa l-ħajja len l-aħħar żewġ quarters, Trust Payments Floriana Young Stars għelbu lil White Hart 4-0.
Din kienet it-tieni rebħa konsekuttiva għall-Furjaniżi fiċ-Challenge Cup wara li fl-ewwel logħba huma għelbu lil Gree Sliema Hotstiks 2-1
L-iskor kien għadu 0-0 sa tmiem l-ewwel żewġ qurters sakemm fit-tielet wieħed Floriana ħadu l-vantaġġ permezz ta’ gowl ta’ Anton Saliba.
Fit-raba qurter il-Greens iddominaw għal kollox u gowls minn Anton Saliba, Deemer Rapinett u Mark Camilleri ssiġillaw ir-rebħa għalihom.
Fi tmiem il-ġimgħa li ġej, Trust Payments Floriana Young Stars jilagħbu kontra Qormi Daikin f’logħba li għandha tkun ferm mistennija.
//= $special ?>