Filwaqt li l-Mexxejja tad-dinja kienu qed jiddiskutu bejniethom f’Bali, il-qawwiet tar-Russja, fl-aħħar sigħat, fetħu attakk ġdid fuq Kiev, il-kapitali tal-Ukrajna, bir-riżultat li ntlaqtu mill-missili numru ta’ bini residenzjali fid-distrett ċentrali ta’ Pechersk.
Is-Sindku ta’ Kiev, Vladimir Klitschko, qal li l-qawwiet tad-difiża Ukreni waqqgħu ħafna mill-missili tar-Russi u li l-iskwadri għall-għajnuna kienu qed jappoġġjaw lir-residenti tal-kapitali waqt il-kriżi.
Ir-Russi, fl-istess ħin, attakkaw bnadi oħra tal-Ukrajna, bil-missili jaqgħu fuq l-inħawi ta’ Mykolaiv, Chernihiv u Zaporizhzhia fost oħrajn. Ma ssemmewx ċifri uffiċjali ta’ vittmi minn dawn l-attakki.
//= $special ?>

