Eve Borg Bonello, PN
Id-deputat Nazzjonalista Eve Borg Bonello sostniet fil-parlament li l-gvern injora kompletament il-problema urġenti tat-tibdil fil-klima.
Eve Borg Bonello qalet li l-Ministru tal-Finanzi ma semma’ xejn dwar it-tibdil il-klima meta din hi l-ikbar sfida li għandha d-dinja quddiemha. Hi staqsiet lill-gvern jekk hux il-Prim Ministru li mar fil-COP 27 jew il-Prim Ministru attwali dak li qed imexxi Malta? Jeħtieġ li l-Prim Ministru jwettaq dak li jippriedka.
Hi kompliet li l-Kummissjoni Ewropea tikkritika l-proposti tal-Gvern Malti fit-tibdil tal-klima; Malta għandha aħjar llum.. id-dinja tinsab f’mument kritiku.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li jekk dan ma jsirx, id-destin ta’ Malta se jkun wieħed ta’ kundanna sħiħa. Il-fatt li 70% taż-żgħażagħ iridu jitilqu minn Malta hi diġá indikazzjoni tal-problemi ambjentali li qed jolqtu lil Malta. Il-gvern m’għandux iktar skużi dwar din is-sitwazzjoni, sostniet id-deputat Nazzjonalista li semmiet diversi ministri Laburisti li lkoll kellhom l-istess proposti li ma wettquhomx.
Id-deputat Nazzjonalista sostniet li l-ambjent qed jeffettwa lin-nies fl-ekonomija u qalet li iktar nies qed imutu f’Malta minħabba t-tniġġiż. Hi qalet li t-tibdil fil-klima jeffettwa kollox, mis-saħħa, sal-ħaddiema u t-turiżmu.
Eve Borg Bonello sostniet li m’hemmx pjan għall-futur u għall-ġejjieni u qalet li t-tibdil fil-klima hu l-preżent. Il-gvern jista’ ma jagħmel xejn inkella jista’ jieħu d-deċiżjoni biex il-500 Malti li qed imutu kull sena minħabba t-tniġġiż fl-arja ma jibqgħux imutu.
Hi qalet li ma sar xejn quddiem l-emerġenza nazzjonali tat-tibdil fil-klima skont il-kostituzzjoni. Is-sussidji fuq il-karozzi elettriċi lanqas servew sa nofs is-sena; hawn biss 300 charging point fil-pajjiż.
Eve Borg Bonello appellat biex il-budget ikun aktar ambjentali u staqsiet fejn hi l-proposta tal-metro. Malta għandha għandha bżonn żieda fis-sussidji għall-panelli biex il-familji kollha jkollhom aċċess għal dawn il-panelli.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li Malta għandha bżonn investiment biex it-trasport pubbliku jaqleb fuq sistema elettrika. Id-deputat Nazzjonalista sostniet li Malta tinsab fost l-għar pajjiżi fl-Ewropea fir-riċklaġġ.
//= $special ?>

