Lokali Parlament

Il-gvern kisser is-sinsla tal-ekonomija Għawdxija

Claudette Buttigieg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet fil-parlament li l-gvern kisser is-sinsla tal-ekonomija Għawdxija.

Claudette Buttigieg qalet li n-negozji ma jistgħux isibu ħaddiema għaliex il-gvern qed jieħu l-ħaddiema kollha meigħu. F’Għawdex hemm kriżi fit-turiżmu. Qabel l-aħaħr elezzjoni l-gvern daħħal ammonti kbar ta’ nies jaħdmu mal-gvern, fejn f’Għawdex hemm każi straordinarji li fihom qed tiżżarma s-sinsla tal-ekonomija bili jittieħdu l-ħaddiema mis-settur privat. L-industrija tal-ospitabililità qed tittkisser f’Għawdex.

Id-deputat Nazzjonalista semmiet it-trasport bejn Malta u Għawdex u qalet li l-gvern qed jgħid li qed jinvesti fil-konnettività meta mhux minnu . Hi sostniet lil-vapur second hand, qalet dan ma jagħmilx ġieħ u sostniet li dan issa sar permanenti.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li, fl-2022, l-ispiża fis-salarji qed iżdied minħabba n-numru ta’ nies li l-gvern daħħal miegħu waqt li hemm tnaqqis fl-iskemi ta’ taħriġ u appoġġ.

Din is-sena, n-nefqa kapitali tnaqqset b’€4 miljuni fl-akkomodazzjoni għall-istduenti Għawdxin f’Malta, għall-qorti f’Għawdex, għall-mużew f’Għawdex u għaċ-ċentru akwatiku f’Għawdex.