Lokali Parlament

Il-gvern naqqas l-investiment f’Għawdex; bla pjan u bla viżjoni fit-tul

Alex Borg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Alex Borg qal fil-parlament li l-gvern Laburista naqqas l-investiment f’Għawdex; dan hu gvern bla pjan u blaviżjoni fit-tul.

Alex Borg qal li l-gvern iktar moħħu fir-riklamar milli jinvesti fejn hemm bżonn. Dan hu budget bla viżjoni għal Malta u Għawdex ; dwar Għawdex il-gvern m’hu qed jippjana xejn. Wara kollox, gvern Laburista qatt ma poġġa lil Għawdex bħala prijorità, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-vot hu ta’ 16% inqas; tnaqqis ta’ €5 miljuni f’investimenti.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-wegħdi tal-gvern Laburista dwar Gaħwdex qatt ma twettqu; fost dawn hemm il-wegħda ta’ xogħol ta’ kwalità f’Għawdex għall-Għawdxin. Il-Gozo Innovation Hub falla totalment.

Illum, l-Gaħwdxin li jadmu f’Malta huma tliet darbiet iktar mill-2013. L-uniku xogħlijiet li nħolqu f’Għawdex huma dawk mal-kuntratturi bil-paga minina li ħoloqhom il-gvern stess. Dan mhux it-tip ta’ rispett li jistħoqqilhom l-Gaħwdxin.

Alex Borg sostna li l-iskola primarja fir-Rabat baqgħet ma tlestiex waqt li ddar għall-anzjani f’Għajnsielem, il-bini tal-qorti ġdid f’Għawdex, il-cruise liner terminal u l-marija tal-jottijiet. Dawn huma proġetti li setgħu joħolqu niċċa ġdida ta’ turiżmu f’Għawdex. Dwar it-toroq, Alex Borg qal li tnaqqsu €3 miljuni fuq it-toroq u proġetti infrastrutturali f’Għawdex. Il-gvern tilef €5 miljuni f’fondi mill-UE fuq mużew f’fondi.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li gvern Nazzjonalista bena tliet vapuri state of the art waqt li l-gvern Laburista ġab biss vapur li qed jikrih €10 miljuni fis-sena- €13,000 kuljum minn fuq il-poplu. Dan hu vapur li mhux aċċessibbli għal kulħadd u ma jixraqx lill-poplu Għawdxi. Fil-budget m’hemm xejn dwar vapur ġdid.

Alex Borg tkellem dwar il-Gozo Channel u qal li l-gvern issa qe djammetti li qed jikkunsidra l-liberalizzazzjoni tas-settur; hemm inċertezza fost il-ħaddiema tal-Gozo Channel. Hu sostna li l-fast ferry beda tajjeb iżda spiċċa biex mhux jfofri s-servizzi li beda bihom.

Id-deputat Nazzjonalista qal li flok jinvesti fl-Isptar Ġenerali ta’ Gaħwdex il-gvern se jagħti €10 miljuni iktar lil Steward waqt li hemm 16% inqas fil-vot finanzjarju għal Għawdex.

Din hi ħdma li dwarha l-Ministru għal Għawdex mhu jagħmel xejn. Fi tliet snin il-gvern se jkun ħaraq €230 miljun fuq Steward; dan flok dawn marru fl-investiment fis-saħħa. Il-pazjenti Għawdxin qed ikollhhom jmorru Malta beix jieħdu l-kura; anki dawk li huma mroda bil-kanċer. Il-gvern lanqas iffinalizza l-klinika fir-Rabat.

Dwar il-biedja u s-sajd f’Għawdex, hu qal li dan is-settur mhux jingħata prijorità tant li fil-budget m’hemm l-ebda riferenza għalihom. Hu tkellem dwar is-sigurtà f’Għawdex u qal li r-reati kriminali u kontravenzjonijiet qed jiżdiedu; din il-problema trid tingħata attezjoni.

Il-pulizija f’Għawdxin mhux jingħataw ir-rispett li jistħoqqilhom; fost dawn hemm ukoll il-pulizija Għawdxin li jaħdmu Malta. Għawdex ma jistax ikun ikkunsidrat bħala distrett ħaliex fil-fatt hu gżira.

Jeħtieġ pjan għaż-żgħażagħ Għawdxin, sostna Aex Borg, li kompla li għandha tingħata prijorità kbira lill-ambjent f’Għawdex. Għalhekk il-pjan kif propost mill-PN jibqa’ l-aħjar pjan għal Għawdex.