Is-seduta tal-Qorti ta’ għada l-Erbgħa fiċ-‘challenge’ kontra l-Kummissarju tal-Pulizija mhix ser issir wara li l-każ tneħħa minn idejn il-Maġistrat Claire Stafrace Żammit. Repubblika qed tgħid li hu evidenti li l-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat tal-Istat ħolmu b’xi intopp ieħor biex jibqgħu jagħmlu l-bsaten fir-roti tal-ġustizzja fil-każ tal-Bank Pilatus u rnexxielhom iwaqqfu l-każ.
Għaldaqstant ġurnata wara li l-Maġistrat Stafrace Zammit ingħatat l-inkarigu biex tisma’ l-każ ta’ Repubblika dwar il-Bank Pilatus, l-istess organizzazzjoni ġiet infurmata li l-każ li kellu jibda jinstema’ għada mhux se jibda minħabba “żball amministrattiv.”
Dwar dan sar rikors mill-Avukat Jason Azzopardi li qal “kollox jindika li qed isiru ħwejjeġ minn wara daharna, minkejja li l-kawża bdejniha aħna u aħna parti fiha. Dawn m’humiex affarijiet aċċettabbli. Dawn il-kutrumbajsi mhux ser jaqtawlna qalba. Nistmawhom ta’ li huma tentattivi iddisprati biex il-Kummissarju tal-Pulizija jibqa’ jħalli lill-kriminali li għandhom il-ħbieb fil-poter jiġru barra. Aħna determinati aktar minn qatt qabel. Ser niżguraw li sseħħ ġustizzja”, qalet Repubblika wara li seħħ dan kollu fil-Qorti t-Tlieta.
Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit kienet ġiet assenjata mill-Prim Imħallef Mark Chectuci biex tippresjedi l-proċeduri ta’ kontestazzjoni mressqa mill-NGO Repubblika kontra l-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà minħabba l-allegat nuqqas ta’ azzjoni tiegħu fil-prosekuzzjoni tal-ogħla uffiċjali tal Bank Pilatus.
Il-Maġistrat ġiet assenjata l-każ wara li l-Maġistrat Nadine Lia, rrifjutat li tirrikuża ruħha tliet darbiet, u spiċċat tneħħiet wara deċiżjoni mogħtija mill-Qorti Kostituzzjonali wara li x-xahar li għadda ħarġet miżura provviżorja. Il-każ kellu jibda fis-16 ta’ Novembru fid-9.30am.
Fid-19 ta’ Ottubru inħarġet miżura provviżorja, li ordnat lill-Maġistrat Lia biex tieqaf milli tkompli tippresjedi l-kawża, bħala parti mill-proċeduri kostituzzjonali mressqa mill-NGO Repubblika dwar ir-rifjut tal-Maġistrat Nadine Lia li tirrikuża ruħha milli tisma’ l-proċeduri ta’ kontestazzjoni tal-Bnk Pilatus. Aktar dettalji minn hawn u ftit ieħor.
F’applikazzjoni urġenti li tressqet it-Tlieta waranofsinhar mill-avukat tal-NGO Repubblika Jason Azzopardi, huwa jgħid li ftit minuti biss qabel ma ppreżenta r-rikors, kien irċieva email mingħand id-deputat reġistratur ta’ Stafrace Zammit. Ma’ dik l-email kien hemm direttiva tal-Prim Imħallef u digriet tal-Maġistrat Stafrace Zammit, li astjeniet milli tisma’ l-każ.
“Repubblika hija ixxukkjata u sinċerament mhux qed tifhem x’qed jiġri minn wara daharha, hekk kif waqt li f’din l-email mibgħuta dalgħodu mid-Deputat Reġistratur tal-Qorti tal-Maġistrati, jidher li huwa implikat li nħareġ digriet mill-Qorti Kostituzzjonali nhar il-Ġimgħa. 11 ta’ Novembru, dwarha.” Ir-Repubblika tgħid li ma kinitx irċeviet kopja tad-digriet “sal-mument stess li qed tiġi ppreżentata din l-applikazzjoni”.
Ir-rikors jgħid li nhar il-Ħamis li għadda, l-avukat Jason Azzopardi ġie infurmat mir-Reġistratur tal-Qorti Kriminali li l-proċeduri ta’ kontestazzjoni kienu ġew assenjati bix-xorti. Dan, qal l-avukat, kien li t-tlugħ tax-xorti li kellu jsir wara l-ordni provviżorja tal-Imħallef Spiteri Bailey fid-19 ta’ Ottubru jew l-aktar tard, wara li l-istess imħallef ta sentenza finali fis-7 ta’ Novembru.
L-Uffiċċju tar-Reġistratur tal-Qrati Kriminali informa lil Azzopardi nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Novembru li baqa’ biss li l-Prim Imħallef jiffirma l-ordni ta’ min ħa l-każ, u li l-avukat ikun infurmat min se jkun qed jippresiedi l-kawża fl-istess jum, jew it-Tnejn ta’ wara. Fir-rikors, Azzopardi jispjega li kellu bżonn ikun jaf min kien assenjat il-każ, li kellu jibda erba’ xhur ilu, fid-dawl ta’ rikors urġenti li kellha titressaq mir-Repubblika.
L-NGO qalet li tinsab “mħassba ħafna” bil-fatt li t-Tnejn filgħodu, kienet ġiet infurmata mir-Reġistratur tal-Qorti Kriminali li l-każ kien ġie assenjat, iżda issa qed issir taf, mir-Reġistratur tal-Qorti tal-Maġistrati. , li l-Prim Imħallef kien ħareġ direttiva iktar kmieni llum, “li, taqra bejn il-linji, timplika li fil-11 ta’ Novembru 2022, din l-Onorevoli Qorti kienet ħarġet direttiva li jkollha impatt fuq ir-Repubblika mingħajr ma tagħti lir-Repubblika l-opportunità li tinstema’. ”
Azzopardi qal li kien sar jaf biss bid-direttiva wara li ġie mistoqsi minn ġurnalist dwar jekk ir-Repubblika ippreżentatx tweġiba għar-revoka tal-ordni ta’ riassignment, u b’estensjoni, l-ordni interim maħruġa mill-Imħallef Spiteri Bailey. L-NGO qalet li temmen li l-prinċipju li ż-żewġ partijiet jinstemgħu mill-Qrati qabel deċiżjoni fuq kwistjoni importanti kellu jissarraf biex jinstema’ qabel ma tiġi revokata l-ordni.
Filwaqt li sostniet li dan kien jikkostitwixxi stat ta’ preġudizzju qabel saħansitra jinstema’, ir-Repubblika talbet lill-qorti biex toħroġ l-ordnijiet meħtieġa biex tiżgura li tiġi ttrattata bl-istess mod bħall-Avukat tal-Istat, inkluż billi tiġi nnotifikata b’kull żvilupp li jikkonċerna l-każ tagħha.
//= $special ?>