Lokali

Il-Ministru Jonathan Attard joħroġ għonqu għal Nadine Lia

Ftit tal-jiem ilu, il-Qorti għamlitha ċara – il-Maġistrat Nadine Lia qatt ma kellha tibqa’ tisma’ l-każ tal-bank Pilatus. Iżda meta din il-ġimgħa kien intervistat f’programm fuq il-PBS, il-Ministru tal-Ġustizzja, Jonathan Attard baqa’ sal-aħħar mument joħroġ għonqu għall-Maġistrat Lia.

Dan minkejja li Nadine Lia, kienet irrifjutat li tirrikuża ruħha tliet darbiet.

Meta ġie mistoqsi minn Net News jekk jaqbilx li Lia kellha tibqa’ tisma’ l-każ tal-bank Pilatus, il-Ministru weġibna b’dan il-mod.

Mistoqsi wkoll dwar il-kritika ma taqta’ xejn lejn l-azzjonijiet, jew nuqqas t’azzjonijiet minn naħa tal-Avukat Ġenerali hawn ukoll, il-Ministru baqa’ jipproteġi lil Victoria Buttigieg.

U ma jistax jonqos li bħala Ministru tal-Ġustizzja, jiġi avviċinat b’domandi dwar każ wara l-ieħor fil-Qrati Maltin li spiċċaw waqgħu għas-sempliċi raġuni li ttieħdu xi żbalji mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.