Lokali Parlament

Il-pensjonijiet qed jingħataw mid-dejn ta’ €1 biljun

David Agius, PN

Id-deputat Nazzjonalista David Agius qal fil-parlament li l-gvern qed jagħti l-pensjonijiet billi jibqa’ jiddejjen fuq li jiddejjen u mhux għax l-ekonomija hi sostenibbli.

Id-deputat Nazzjonalista Davd Agius qal li m’għandux ikun hemm distakk bejn l-anzjani sinjuri u dawk fqar. Din is-sitwazzjoni qed tkompli tikber, sostna David Agius, li qal li hemm numru ikbar ta’ persuni lii għalqu 60 sena li huma f’riskju ta’faqar.

Hu qal li m’hwnx sistema ta’ COLA għall-pensjonijiet, li tiddependi għal kollox minn dak li jiddeċiedi l-gvern tal-ġurnata. Is-sistema tal-pensjonijiet għandha tkun waħda soda biex ikun il-garanziji neċessarji u ħadd ma jaqa’ fil-faqar.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-gvern qed iħallas il-pensjoniiet bid-dejn f’budget ta’ €1 biljun dejn. Hu sostna li l-inġustizzji jridu jkunu indirizzati biex il-pensjonjanti jingħataw dak li ħaqqhom. Is-sistema tal-pensjonijiet issa għandha tkun ibbażata fuq pilastru kontributorju u anki non-kontributorja u inċentivi biex jiddaħħlu pilastri oħra volonatrji.

Hu apella biex fl-iskejjel u fl-isptarijiet jibqgħu jintużaw ir-riżorsi u l-kapaċitjiet tal-anzjani biex dawn jibqgħu fis-suq tax-xogħol. Dan il-budget qed jonqos minn investiment fil-ħajja tal-anzjani fil-komunitajiet b’aktar attiva bejn l-anzjani u l-kunsilli lokali.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-PN jemmen f’assistenza bla ħlas lil persuni li jħossuhom parti mill-komunità. Il-gvern qed jibqa’ jagħti miljuni lil Vitals u Steward iżda mhux iwettaq l-investimenti meħtieġa fis-saħħa, sostna David Agius, li sostna li l-gvern għandu jieħu l-isptarijiet lura.

David Agius qal li f’San Vinċenz instab ħaddiem, foreman, bl-akaħol; dwar dan kien hemm anki ittra. Dan il-persuna ħa jumejn sick leave u reġa’ lura għax-xogħol qisu xejn.

L-istess persuna kellu każ ieħor u anki jagħżel lil min jaħdem miegħu; u dawn ikunu nisa għax hu tal-qalba. Fil-birthday tagħha jkun hemm l-alkaħol fuq il-post tax-xogħol; sal-10 am jkun diġà xorob mhux ħażin.

Hu appella biex tinstab soluzzjoni għall-kjuwijiet fil-banek u appella biex ikun hemm iktar sistemi kif l-anzjani jkunu qrib it-teknoloġija.