Waqfa f’Bali għall-President tal-FIFA Gianni Infantino fi triqtu lejn Doha fil-Qatar qabel il-ftuħ tat-Tazza tad-Dinja.
Infantino indirizza lil mexxejja tal-pajjiżi ewlenin fid-dinja f’waħda mill-Laqgħat tal-G20. Fuq kollox Infantino għamel enfażi li fil-perijodu li tkun għaddejja t-Tazza tad-Dinja jieqfu l-attakki tar-Russja fuq l-Ukrajna. Infantino iddeskriva kif il-futbol kapaci jgħaqqad lil popli.
Huwa fakkar li fl-2018 ir-Russja kienet organizzat il-21 edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja u kif l-Ukrajna flimkien ma Spanja u l-Portugall se tippreżenta kandidatura għall-edizzjoni tal-2030. Infantino semma li l-fatt li madwar ħames biljun persuna se jsegwu t-Tazza tad-Dinja bit-televizjoni dak ifisser li nofs l-umanita’ se tkun interessata b’dak li l-isport kapaci joffri.
