L-attriċi Amerikana Jennifer Aniston selmet il-memorja ta’ missierha, John wara li miet fl-età ta’ 89 sena – meqjus minn bintu bħala l-aqwa missier li seta’ jkollha.
John Aniston kien rebaħ Emmy-award għall-parti tiegħu f’Days of Our Lives. L-attur Grieg kien ukoll veteran tan-Navy Amerikana.
Aniston kellu żewġt itfal, Jennifer mal-ewwel mara tiegħu, l-attriċi Nancy Dow, u Alexander mat-tieni mara, Sherry Rooney.
//= $special ?>