Sport

Ippreżentat il-mascot tal-Olimpijadi ta’ Parigi 2024

(Ritratt: EPA)

Il-kappell tradizzjonali tar-Repubblika Franciża bid-differenza li għandu riġlejn u żraben tal-isport huwa l-mascot ufficjali tal-Olimpijadi ta’ Parigi 2024 . Il-mascot tal-Logħob Paralimpiku huwa differenti fis-sens li waħda mir-riġlejn hija dak magħrufa bħala ‘blade’ tal-ġiri.

L-għażla tal-kappell tradizzjonali milbus minn Marianne il-figura li tfakkar ir-Rivoluzzjoni Franciża fejn l-istorja se tagħmel parti integrali mit-tfassil tal-Olimpijadi ta’ Parigi. Il-preżentazzjoni ufficjali tal-mascot saret mill-President tal-Kumitat Organizattiv Tony Estanguet fejn spjega kif il-kuluri blu ,abjad u aħmar fuq il-mascot huma wkoll rabta mar-rivoluzzjoni Franciza.

Ir-rotta tal-maratona tal-Olimpijadi ta’ Pariġi hija l-istess rotta li nisa Franciżi kienu għamlu minn Versailles sa Parigi fil- 5 ta’ Ottubru 1789 meta wettqu protesta kontra l-prezz tal-ħobż. Id-dħul mill-bejgħ tal-mascots u souvenirs huwa stmat li se jlaħħaq madwar 127 miljun ewro.

(Ritratt: EPA)