Ir-Re Charles tal-Ingilterra beda l-proċess biex iżid il-membri tal-Familja Rjali li jistgħu jeħdulu postu għal doveri uffiċjali f’sitwazzjonijiet fejn hu ikun imsiefer jew indispost. Charles ippropona lill-oħtu, il-Prinċipessa Anne flimkien mal-Prinċep Edward bħala parti mill-grupp tal-kunsillieri tal-Istat li jinkludu lil Camilla, il-mara ta’ Charles u erba’ membri oħra tal-Familja Rjali.
Madankollu tnejn mill-kunsilliera – il-Prinċep Andrew u l-Prinċep Harry – mhumiex ikkunsidrati aktar bħala ‘working royals’ għal raġunijiet rispettivi, bit-talba tar-Re Charles biex jinbidel il-grupp tas-‘sostituti rjali’ jinqara fil-House of Lords matul il-lejl tat-Tnejn. Mistenni wkoll li l-Gvern jintroduċi malajr leġislazzjoni ġdida u abbozz li jwitti t-triq għall-karigi ta’ Anne u Edward bħala ‘stand-ins’ għar-Re Charles kulmeta jkun neċessarju.
Il-House of Commons għandu jħaffef il-leġislazzjoni biex jevita kwistjoni skomda fuq livell kostituzzjonali, f’każ li ma jinstabux sostituti għar-Re f’ċirkostanzi fejn hu ma jkunx jiflaħ inkella f’sitwazzjoni fejn ma jkunx jista’ jaqdi d-doveri bħala Kap tal-Istat.
//= $special ?>

