Sport Tazza Tad-Dinja 2022

It-Tazza tad-Dinja tasal f’postha, fil-Qatar

Wara tour ta’ sitt xhur madwar id-dinja, it-trofew tal-FIFA, it-Tazza tad-Dinja tinsab fil-Qatar. Mal-wasla f’Doha il-preżentazzjoni tat-trofew saret mill-eks plejer tat-tim Nazzjonali ta’ Franza rebbieħ tal-edizzjoni tal-1998 Marcel Desailly.

Meta ninsabu ħamest ijiem ‘il bogħod mill-Ftuħ Ufficjali u l-partita minn Grupp A bejn Qatar u Ekwador bdiet l-ewforija tal-pubbliku u partitarji. Madwar miljun partitarju mistennija jkunu f’Doha fejn il-Kumitat Organizattiv ikkonferma li nbiegħu 2.1 miljun biljett mit-tlett miljun biljett li kien hemm fis-suq .